Illum previous editions

ILLUM_01 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 SportSillum minn Cristian Antony Muscat Pembroke A ...............1 Floriana .....................2 Floriana kisbu rebħa drammatika ta' 2-1 kontra Pembroke athleta. Dan hekk kif sas-77 minuta, it-team immexxi minn Winston Muscat kien qed jegħleb lill-Greens, bl-iskor minimu ta' 1-0. Din kienet it-tielet rebħa f 'erba' logħbiet għat- tim immexxi mill-kowċ Belġjan, luis oliveira, li issa jinsab fit-tielet post, żewġ punti biss wara l-leaders Valletta, u punt wara Balzan, li iżda għandhom logħba inqas. Min-naħa l-oħra, Pembroke athleta jistgħu jikkuunsidraw lilhom infushom bħala ferm sfortunati li ma kisbu l-ebda punt minn dan il- konfront, hekk kif sofrew it-tielet telfa konsekuttiva. Il-Greens għamlu bidla waħda mill-aħħar konfront li kienu nvoluti fih kontra Balzan, hekk kif Steve Bonnici ħa post Filippo Andrea Scozzese, li jinsab imweġġa'. Min-naħa l-oħra, Pembroke Athleta, għamlu erba' tibdiliet mill-aħħar logħba, hekk kif il-goalkeeper veteran Mario Muscat, Miguel Attard, Owen Bugeja u James Togbah, ħadu post il-goalkeeper Matthew Farrugia, Patmore Shereni li kien sospiż, Rennie Tanti u Siraj Arab Eddin. Pembroke Athleta rnexxielhom jiftħu l-iskor fit-33 minuta meta minn freekick ta' Paltemio Barbetti mix-xellug, Zoran Levnajic, mill-viċin tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tal-Greens, Matthew Calleja Cremona, li lbieraħ kien qed jilgħab propju kontra l-eks tim tiegħu. Floriana ġabu l-iskor indaqs fit- 78 minuta, meta minn freekick mil-lemin ta' Juninho Cabral, għola tajjeb Mauricio Villa, bit-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras mill-viċin ikun salvat parzjalment minn Mario Muscat, iżda l-ballun kien digà qabeż il-linja fatali. Minuta fuq il-ħin miżjud, Floriana skorjaw il-gowl tar-rebħa, meta minn kross tal-awtur tal-ewwel gowl Furjaniż, kien imiss lil Mario Fontanella, li jogħla tajjeb biex b'daqqa ta' ras preċiża xeħet ġewwa, biex tefa' lill-partitarji Furjaniżi, preżenti fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, f 'delirju ta' ferħ. Pembroke A: Muscat, Martz, Barbetti, O'Brien, Laudisi (Sammut 90'), Togbah (Siraj Arab Eddin 74'), Villalobos Carbajal, Attard, Bugeja, Cini, Levnajic Floriana: Calleja Cremona, Monticelli, Pepe, Pisani (Villa 66'), Clyde Borg (Cabral 54'), Pisani, Piciollo, Briffa, Chiesa, Fontanella, Bonnici Referi Glen Tonna MARIO MUSCAT Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-18 ta' Awwissu 1976 f'Raħal Ġdid Huwa l-iktar plejer Malti li qatt lagħab logħbiet fil-Kampjonat Premier Fl-1998 rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena fejn huwa l-uniku goalkeper li qatt rebaħ dan l-unur Lagħab għal 68 darba mat-tim nazzjonali Malti Għandu skola tal-goalkeepers li ġġib ismu stess, li fiha hemm membri mijiet ta' tfal u żgħażagħ Floriana jiksbu rebħa drammatika kontra Pembroke Athleta Il-winger Amerikan ta' 22 sena ta' Pembroke Athleta, Austin Martz, segwit minn plejer ta' Floriana Ritratt - Stephen Gatt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_01 Novembru 2015