Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
4 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 minn Daniel Mizzi TLIETA minn kull ħames qarrejja li pparteċipaw fi stħarriġ fuq is-sit illum.com. mt qablu mal-proposta li tinbena mina bejn Malta u Għawdex, iżda madankollu, bosta esprimew it-tħassib tagħhom għall-ispiża u l-impatt ambjentali li proġett bħal dan se iħalli. Minkejja li l-idea ta' link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer ilha tiġi mqajma għal bosta snin, dan l-aħħar, proprju ġimagħtejn wara li l-ILLUM żvela l-pjanijiet tal-mina, il- proġett m'għadux jidher bħala kastell fl-arja. Kuntrarjament, il-proġett jidher li għandu l-appoġġ taż-żewġ partiti ewlenin u skont il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Michael Grech, għandu wkoll l-appoġġ sħiħ tal- Prim Ministru Joseph Muscat. Mistoqsija jekk jaqblux mal- proposta li tinbena mina bejn Malta u Għawdex, 57% tal- qarrejja qalu li jaqblu mal-mina għax tagħmilha iktar komda biex tasal Għawdex, filwaqt li 11% qalu li proposta bħal din tagħmel ħajjet l-Għawdxin iktar faċli. Bl-istess mod, il-kumdità tal-ħaddiema Għawdxin u l-aċċessibbilità għall-aktar kummerċ f 'Għawdex kienu wħud mill-fatturi ewlenin għaliex il-maġġoranza tal- qarrejja qablu mal-mina. F'dan ir-rigward spikkaw il-kummenti tal-qarrejja, fosthom dak ta' Alfred Hili li qal li "hemm bżonn ta' mina għax Għawdex qed tmut." Hili sostna li filwaqt li l-barranin jippreferu Għawdex kif inhu bħalissa, iż-żgħażagħ qed isibuha diffiċli biex isibu xogħol, u li permezz ta' mina jikber l-investiment f 'Għawdex. Bl-istess mod, Jean Catania u Silvio Borg qalu li l-mina hija triq 'il quddiem u li permezz tagħha ikun hemm iktar aċċessibbilità u produttività fil- gżira Għawdxija. Skont rapport li deher fuq din il-gazzetta, il-mina proposta bejn Malta u Għawdex se tkun twila 11-il kilometru, 100 metru taħt il-livell tal-bar u se tkun tiftaħ minn Ta' Xħajma fin-Nadur u tiżbokka fiż-żona magħrufa bħala taċ-Ċumnija, fil-Mellieħa. Fil-kummenti tiegħu ma' din il-gazzetta, il-President tal-Kamra tal- Kummerċ Għawdxija kien qal li diġà hemm interess qawwi għall-bini ta' dan il-proġett minn kumpanija Norveġiża. Minkejja li m'hemmx dubju li link permanenti bejn Malta u Għawdex tiffaċilita l-aċċessibilità u tnaqqas l-inkonvenjent li jesperjenzaw eluf ta' ħaddiema u studenti Għawdxin ta' kuljum, stħarriġ li għamlet il-Gozo Tourism Association fost il-lukandiera Għawdxin wera kif minn 100 lukandiera u operaturi turistiċi, 64% minnhom kienu kontra link permanenti - anke jekk din tkun mina. Ir-riżultat tal-istħarriġ wera kif l-operaturi turistiċi Għawdxin ma tantx huma entużjasti għall-proġett. Fil-fatt bosta qalu li b'konsegwenza ta' link permanenti Għawdex jista' jsir biss estensjoni ta' Malta u li t-turiżmu fil-gżira jista' jieħu daqqa liema bħala għax tispiċċa destinazzjoni ta' ġurnata biss. Mill-istħarriġ li għamlet din il-gazzetta jidher ukoll li din il-kawtela qed tinħass ukoll mill-pubbliku inġenerali hekk kif proprju 8% tal-qarrejja qalu li ma jaqblux mal-mina għax tista' tipperikola t-turiżmu f 'Għawdex. Minbarra dan, 16% tal- qarrejja qalu li ma jaqblux mal-proposta li tinbena mina bejn il-gżejjer hekk kif proġett bħal dan, li mistenni jiswa madwar €250 miljun u jitlesta f 'ħames snin, ikun "ħela ta' flus". Apparti minn hekk, 8% tal-qarrejja esprimew ir-riżervi tagħhom minħabba l-impatt ambjentali. Intant, minkejja li fil-baġit il-Gvern ħabbar li pont bejn il-gżejjer mhux se jkun possibbli, u li l-mina hija għażla li tagħmel iktar sens minn aspett ekonomiku u ambjentali, numru ta' qarrejja tal-ILLUM jidhru li għadhom ma qatgħux qalbhom. Fil-fatt, f 'kumment partikulari, Joseph Amato qal li l-pont jagħmel iktar sens għax irħas mill-mina, iktar prattiku, u jagħmilha iktar faċli biex titgawda x-xena bejn Malta, Kemmuna, u Għawdex. ACCESS TO EMPLOYMENT – REMOVING BARRIERS TO EMPLOYMENT – You open your doors to those who are more challenged and we will pay you a subsidy of €85 per week per new recruit for 24 weeks or for 52 weeks or for 104 weeks, or a subsidy of €125 per week for as many as 156 weeks in the case of registered disabled person! For more information contact ETC on 2220 1399 or a2e.etc@gov.mt or visit our website www.etc.gov.mt. EMPLOYMENT AID FOR 2014-2020 €2.4 MILLION FOR SALARY SUBSIDIES EACH YEAR It pays to employ! GRANTS TO PROMOTE EMPLOYMENT FOR ALL TARGET GROUPS: NOW OPEN FROM 2 ND NOVEMBER 2015 68% tal-qarrejja favur mina f 'Għawdex Taqbel li tinbena mina bejn Malta u Għawdex?