Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
kif għalkemm l-ammonti ta' tfal ma jkunux enormi, xorta waħda qed ikun hemm numru sabiħ ta' tfal li jmorru jħabbtu mal-bibien jittalbu għall-ħelu, li saħansitra wħud minnhom imorru 'l bogħod mir-raħal jew belt tagħhom, meta l-ġenituri jwassluhom bil-karozzi fejn jaraw djar imżejna. Din il-festa, li kisbet popolarità mmensa fl- Amerika bil-mod il-mod infirxet mal-kontinenti kollha, u prattikament saret okkażjoni li tqajjem ħafna interess. Għalkemm b'ritmu iktar kajman, anke f 'pajjiżna bdiet tqajjem interess, bi studenti jippreparaw għal din il-festa fil-klassijiet, u adulti jlestu l-kostumi tagħhom biex ikunu jistgħu jmorru għal xi festin li jkun organizzat apposta għal din l-okkażjoni. Aktar riċenti, maż-żieda fil-popolarità tal-festa, naturalment żdiedu n-numru ta' ħwienet li jiksu l-vetrini tagħhom b'kostumi, dekorazzjonijiet u kwalunkwe ħaġa oħra li għandha x'taqsam ma' din il-festa. Żdiedu wkoll id- djar bħal tal-familja Sant fil-Mosta li jiddeċiedu li għal ftit ġranet, jiddekoraw darhom b'xi saħħara jew qargħa ħamra wkoll, anke jekk forsi mhux bl-istess dedikazzjoni jew passjoni li għandha Josette. Fil-fatt, uħud minn dawk li jmorru jduru d-djar għall-ħelu, jmorru jħabbtu abbażi ta' min għandu xi dekorazzjoni mal-faċċata, li tindika li hemm xi daqsxejn ħelu jistenna lit-tfal f 'din id-dar. Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 13 WBUJNOBRRTBHåBM GVRBUUJWJUBKJFUTQPSUJWJ #Budget2016 "Josette stqarret li dan hu l-għors tagħha u tkun qed tistenna xi festa bħal din minn ħafna qabel biex tibda tarma darha" li waslet f 'Malta