Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 37 SportSillum Tintemm l-istennija...l-MFA se tappoġġja lill-Prinċep Ali għall-President tal-FIFA Kienet ilha mistennija l-ġurnata dwar min il-president tal-MFA, norman Darmanin Demajo kien se jappoġġja fit-tellieqa għall-elezzjoni ta' president tal-FiFA, li se tkun qed issir fis-26 ta' Frar tas-sena d-dieħla. Din l-istennija ntemmet nhar it-tlieta li għadda, hekk kif waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tal-MFA, il-president tal-istess assoċjazzjoni, norman Darmanin Demajo, ħabbar li huwa f 'isem l-MFA, se jkun qed jappoġġja lill-Prinċep Ali tal-Ġordan, billi bagħat in-nomina tiegħu lill-FiFA bl-isem tal- imsemmi persuna. Norman Damanin Demajo spjega l-proċess kollu li ħa kemxejn fit-tul biex l-MFA finalment waslet għal din il-konklużjoni. Il- president tal-MFA beda biex mar lura għas-sena 2011, fejn tenna li f 'dik is-sena, l-MFA kienet ħabbret li hija ma kinitx se tappoġġja lill-Iżvizzeru Sepp Blatter. Norman Darmanin Demajo tenna li dik kienet l-ewwel darba li l-MFA ma kinitx ivvutat għal Sepp Blatter, għalkemm xorta waħda kien hu li ħareg rebbieħ fl-elezzjoni ta' dik is-sena. Huwa kompla jgħid li qabel l-aħħar elezzjoni għall-presidenza tal-MFA, kien hemm kummenti madwar l-Ewropa kollha li żmien Sepp Blatter fit-tmun tal-FIFA kien intemm, iżda donnu kulħadd kien qed jibża' li jinnomina lil xi persuna oħra biex tikkontestah u teħodlu postu. Norman Darmanin Demajo ta informazzjoni kif f 'Jannar li għadda kien ċempillu bniedem li ddeskrivieh bħala viċin ħafna ta' Michel Platini, li talbu biex juri kuraġġ partikolari u jinnomina lil Prinċep Ali tal-Ġordan għall-president tal-FIFA. Flimkien man- nominazzjoni ġejja minn Malta, il-Prinċep Ali kellu erba' nominazzjonijet oħra ġejjin mill-Ingilterra, il-Ġorġja, il-Belarus u l-Istati Uniti. Il-president tal-MFA kompla jispjega li fi Frar li għadda, kien il-Prinċep Ali nnifsu li ċempillu b'mod personali u talbu biex imur miegħu għall-Kungress tal- Federazzjonijiet. Norman Darmanin Demjao qal li qabel ma qal iva lill-Prinċep, huwa ċċekkja mal-UEFA, jekk din kinitx prassi korretta li ssir u l-UEFA tatu l-kuraġġ kollu biex imur mal-Prinċep kull fejn jitolbu. B'hekk il-president tal-MFA kien aċċetta u qal li kien għamel dan kollu mill- ħin tiegħu, b'sagrifiċċju u mingħajr ma ggwadanja xejn personali. Intant fi żviluppi ġodda li seħħew f ''Ġunju li għadda, waqt il-Kungress tal-FIFA u ftit qabel l-elezzjoni, Norman Darmanin Demajo spjega kif kien irċieva messaġġ personali fejn talbuh jitla' jitkellem u jagħmel diskors qasir favur il- Prinċep. Bl-aktar mod sinċier il-president tal- MFA stqarr li huwa ħass li ma kienx ippreparat biex jagħmel diskors ta' dan it-tip. Il-president tal-MFA kompla jgħid li wara hemmhekk, saret l-elezzjoni u l-fatti kif ġraw huma magħrufa għal kulħadd. Il-Prinċep Ali kien ċempel lil Norman Darmanin Demajo xi ġimagħtejn wara biex jirringrazzjah ta' kollox iżda sadanittant fil- FIFA nqalgħu l-irwiefen kollha tad-dinja, u f 'Lulju reġa' ċempillu biex jara jekk Norman Darmanin Demajo kienx lest li jinnominah għall- elezzjoni li ġejja. Norman Darmanin Demajo reġa' ċempel lill-UEFA biex jiċċekkja magħhom u l-UEFA reġgħu tawh il- permess. Il-proċess kompla u finalmemt Norman Darmanin Demajo, għalkemm fl-ispjegazzjoni li ta lil dawk preżenti indika li dan il-proċess kien ferm delikat u xejn faċli, wara l-kelma li kien ta li jappoġġja lill-Prinċep Ali, ħass li huwa kellu jinnomina lilu għall- presidenza tal-MFA, kif fil-fatt għamel, fost iċ- ċapċip tal-membri kollha tal-Kunsill tal-MFA preżenti. Intant, fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Norman Darmanin Demajo esprima n-nuqqas ta' qbil u l-frustrazzjoni tiegħu għall-fatt li s-Segretarju Ġenerali preżenti tal- UEFA, Gianni Infantino, nhar it-Tnejn filgħaxija ħabbar li kien tefa' l-kandidatura tiegħu għall-president tal-FIFA. Il-Prinċep Ali Ben Hussein tal-Ġordan Andrew Grech fil-ħames post fin-Nofs Maratona ta' Amsterdam L-istAĠun 2015/16 beda tajjeb ħafna għall-atleta Andrew Grech fejn wara rebħiet fiż-Zurrieq 10k by night, Al Fresco 5k, Big Mat 10k, st Patricks 5k,triathlon 5k relays darbtejn, smart City 8k, Ladies Running Club 10k, kien imiss li jtellaq barra minn xtutna għan-nofs Maratona ta' Amsterdam, fl-Olanda. Għalkemm l-istaġun għadu fil-bidu tiegħu, Andrew, flimkien mal-kowċ tiegħu, l-Olandiż Has Kesra, kienu determinati li ż-żjara ġewwa l-Olanda tagħti riżultat tajjeb. Kien temp kemmxejn kiesaħ b'temperatura ta' 9 gradi bi ftit tax-xita b'attendenza ta' madwar 18,500 atleta ġejjin minn kull rokna tad-dinja. L-atmosfera fit-toroq kienet tajba, b'ħafna nies jinkoraġġixxu lill-istess atleti. It-tellieqa ntrebħet mill- atleta Estonjan Kaupo Sasmin waqt li Andrew Grech spiċċa l-istess nofs maratona fil-ħames post, f 'ħin ta' siegħa, 11-il minuta u 7 sekondi, li huwa t-tieni l-aqwa ħin ta' Grech innifsu. Dan is-suċċess jimla b'kuraġġ lill-istess Andrew Grech u jawgura għal iktar suċċessi fil-futur qarib. Ma' din il-gazzetta, Andrew Grech radd ħajr lill- isponsors personali tiegħu, li huma Nanox Nutriceuticals, Nyoo Hamrun, Eurosport B'kara, Garmin Malta, Le Meridien Hotel & Spa, Kristal Water u Malta Challenge Marathon. Andrew Grech waqt in-Nofs Maratona ta' Amsterdam