Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 35 SportSillum Cristiano Ronaldo u r-rekords impressjonanti fil-karriera tiegħu Li player jiskorja 324 gowl fi 308 logħbiet huwa tragward ferm diffiċli jekk mhux impossibbli għal kull plejer fl-isfera tal-futbol mondjali, li jirnexxielu jilħaq. iżda tabilħaqq, il-fenomenu Portugiż ta' Real Madrid, Cristiano Ronaldo irnexxielu jilħaq dan ir-rekord nhar is-Sibt 17 ta' Ottubru, bil-flokk ta' Real Madrid meta skorja t-tieni gowl fir-rebħa komda ta' 3-0 tal-Galacticos ġewwa darhom fis-Santiago Bernabeu kontra Levante. B'hekk huwa sar l-aqwa skorer fl-istorja glorjuża ta' Real Madrid, fejn kiser ir- rekord tal-plejer leġġendarju l-ieħor ta' Real Madrid, Raùl li rnexxielu jsib ix-xibka għal 323 darba bil-flokk tal-Madrileni iżda rnexxielu jagħmel dan f 'xejn inqas minn 741 logħba, u mhux fi 308 bħal Cristiano Ronaldo. Dan jagħmel dan it-tragward storiku li rnexxielu jilħaq Cristiano Ronaldo, wieħed ferm iktar rimarkabbli. Iżda dan mhux l-uniku rekord li Cristiano Ronaldo rnexxielu jikser fil-karriera mill-aqwa tiegħu sa issa. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn ir-rekords kollha u unuri personali oħra li huwa rnexxielu jikser fil-karriera tiegħu, li jiddistingwuh mill-kumplament tal-plejers tal-futbol fix-xena mondjali ta' dan l-isport, u li tabilħaqq jimmarkawh b'mod speċjali bħala wieħed mill-aqwa futbolers li qatt ipproduċa l-futbol. - Meta kien għadu jilgħab ma' Manchester United, huwa kiser ir-rekord tal- plejer leġġendarju Ingliż George Best li kien dak ta' 33 gowl u li kien waqqaf lura fl- istaġun 1967-68. Barra minn hekk, Cristiano Ronaldo kien l-ewwel plejer Portugiż li li qatt lagħab bil-flokk tar- Red Devils. - Huwa l-uniku plejer li skorja 50 gowl jew aktar fi staġun wieħed għal ħames darbiet ma' tim li jimmilita f 'kampjonati Ewropej tal- ogħla livell, bħal mhuma Manchester United u Real Madrid. - Huwa kiser ukoll ir-rekord li laħaq l-ammont ta' 100 gowl fl-iqsar żmien possibli, biex sar l-aktar plejer ta' Real Madrid li rnexxielu jiskorja dan l-ammont ta' gowls f 'qasir żmien. Dan ir- rekord jinkludi wkoll il-fatt li Cristiano Ronaldo, lura f 'Mejju tal-2012, sar l-ewwel plejer li skorja kontra kull tim fi staġun wieħed fil- Kampjonat Spanjol, La Liga. B'żieda għal dan, bil-flokk ta' Real Madrid, huwa laħaq ukoll ir-rekord li skorja l-aktar gowls fi staġun wieħed, li attribwew ukoll għall-aktar gowls skorjati minn plejer f 'minuta waħda għall-istess club. - Huwa għandu r-rekord għall-iktar gowls skorjati fi staġun wieħed tal-UEFA Champions League, fejn skorja 17-il gowl lura fl- istaġun 2013-14. - Huwa sar l-aktar plejer li skorja 200 gowl fil-Liga Spanjola malajr, billi għamel dan f '178 logħba minn dan il-kampjonat bil-flokk ta' Real Madrid f 'Diċembru tal- 2014. Dan meta kien skorja hat-trick kontra Celta Vigo, li kien it-23 hat-trick tiegħu ma' Real Madrid li huwa wkoll rekord fil-Kampjoant La Liga. - Huwa skorja xejn inqas minn tmien hat-tricks fl-istaġun 2014-15, li huwa l-akbar ammont ta' hat- tricks li qatt ġie skorjat f 'Kampjonati Ewropej tal- ogħla livell, fi staġun wieħed. - Huwa l-uniku plejer li qatt lagħab mat-tim tal- U16, U17, U18, it-Tim B, u l-ewwel tim tal-klabb li kien magħruf bħala Sporting Lisbon, illum Sporting Club De Portugal, kollha fi staġun wieħed. - Meta kien għadu jilgħab bil-flokk ta' Manchester United fil-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra, Cristiano Ronaldo, kien sar it-tielet plejer fl-istorja ta' dan il- Kampjonat li rebaħ l-unur tal-Barclays Player tax-Xahar għal xahrejn konsekuttivi. Dan hekk kif kien irnexxielu jirbaħ dan l-unur f 'Novembru u Diċembru tal- 2006. Iż-żewġ plejers l-oħra li kien irnexxielhom jagħmlu dan kienu Robbie Fowler bil-flokk ta' Liverpool lura fl-1996 u l-Olandiż Dennis Bergkamp sena wara, bil- flokk ta' Arsenal. - Huwa rebaħ il-Ballun tad- Deheb tliet darbiet - fl-2008, fl-2013 u fl-2014. B'hekk sar l-ewwel plejer Portugiż li qatt rebaħ dan l-unur għal tliet darbiet, li hija xi ħaġa ferm impressjonanti. - Fl-istaġun 2007 meta kien għadu ma' Manchester United, huwa sar l-ewwel plejer fl-Ingilterra li rebaħ l-erba' unuri prinċipali tal-PFA Players', Player of The Year kif ukoll tal-Football Writers' Association (FWA). - Erbat ijiem biss wara li kien involut f 'inċident tat- traffiku fl-2006, Cristiano Ronaldo sar l-ewwel plejer fil-Kampjonat Barclays Premier li qatt rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-FIFA Player tas-Sena. B'hekk huwa kien sar ukoll l-ewwel plejer Portugiż li rebaħ dan l-unur sa minn meta Luis Figo kien rebaħ l-istess unur ħames snin qabel, fl-2001. - Rebaħ l-unur taż-Żarbun tad-Deheb (Golden Boot), bħala l-Aqwa Skorer tal- Kampjonati Ewropej għal erba' darbiet eżattament fl- 2008, l-2011, l-2014 u l-2015. Huwa l-uniku plejer fl-istorja tal-futbol li rnexxielu jirbaħ dan l-unur prestiġjuż għal daqstant drabi. Il-plejers l-oħra li rnexxielhom jaslu viċin ta' dan, hekk kif rebħu dan l-unur għal tliet darbiet huma Lionel Messi, Thierry Henry, Fernando Gomes, Ally McCoist, Dudu Georgescu, u Gerd Müller. Barra minn hekk, Cristiano Ronaldo, huwa l-uniku plejer li rnexxielu jirbaħ dan l-unur meta kien qed jilgħab f 'żewġ Kampjonati differenti, jiġifieri l-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra u l-Liga Spanjola. - Matul iċ- ċelebrazzjonijiet tal-100 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Federazzjoni tal-Football Portugiża f 'Jannar ta' din is-sena, Cristiano Ronaldo ġie nnominat bħala l-aqwa plejer Portugiż ta' kull żmien minn din il-Federazzjoni. - Fl-2009, Cristiano Ronaldo sar l-aktar plejer li qatt sewa flus fl-istorja tal-futbol mondjali meta ġie trasferit ma' Real Madrid mingħand Manchester United. Dan it-trasferiment kien sewa s-somma ta' £80 miljun li huwa ekwivalenti għal $131.6 million. Madankollu, dan ir- record inkiser minn Gareth Bale fl-2013, meta kien ħalla lil Tottenham Hotspur, biex jingħaqad ma' Real Madrid, għas-somma esorbitanti ta' €100 li hija ekwivalenti għal $136.77 miljun. Iżda Cristiano Ronaldo preżentament għadu l-aktar futboler li jiswa flus fid-dinja, hekk kif il-kuntratt tiegħu ma' Real Madrid jistipula li huwa jitħallas is-somma ta' xejn inqas minn €21 miljun fis-sena. - Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-minuti li fihom Cristiano Ronaldo rnexxielu jsib ix- xibka fil-karriera mill-aqwa tiegħu fil-futbol, malajr jinduna li huwa tabilħaqq irnexxielu jiskorja f 'kull minuta tal-logħba, jiġifieri mill-ewwel minuta sad-90 minuta. Cristiano Ronaldo ppreżentat biż-'Żarbun tad-Deheb' wara li sar l-aqwa skorer ta' kull żmien tal-'Galacticos'