Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
ILMIŻURI mħabbra fil- budget li għadda huma l-ewwel pass fi proċess kontinwu li l-gvern qed jaħdem fuqu biex itejjeb il-ħajja ta' dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna, filwaqt li jidher ċar li l-gvern qed jippjana wkoll għas-sostenibilità futura tal-pensjonijiet. Qalet dan Claudette Abela Baldacchino - President ta' NL - Nisa Laburisti waqt Djalogu Pubbliku organizzat minn NL - Nisa Laburisti bit-tema 'Għal Sistema ta' Pensjoni Adegwata u Sostenibbli'. Hija qalet li NL- Nisa Laburisti tħares 'il quddiem biex ssir ġustizzja ma kulħadd fis-settur tal- pensjonijiet. Fost l-anomaliji li qed jiġu ndirizzati permezz tal-baġit li għadda, hemm l-anomalija għal dawk li ser jirtiraw u li kienu twieldu qabel l-1962. Dawn l-individwi ma kinux ser jiġu ndirizzati, iżda permezz tal-mizuri fil-baġit, mis-sena d-dieħla u wara 20 sena, dawn l-individwi se jaraw titjib fil-pensjoni tagħhom. Anomalija oħra li qed tiġi ndirizzata permezz tal- baġit, tkompli tgħid Abela Baldacchino, hija dik fejn ġiet imwarrba r-rabta bejn il-pensjoni tar-romol u l-qligħ mix-xogħol biex b'hekk ir-romol ikunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni sħiħa tar-romol filwaqt li dawk il- pensjonanti li l-pensjoni tagħhom ma taqbiżx l-ammont tal-paga minima se jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa. Claudette Abela Baldacchino ħeġġet lill- gvern biex ikompli jinvesti f 'aktar opportunitajiet biex aktar nisa joħorġu fid-dinja tax-xogħol bħal ma diġa' qed jagħmel b'inċentivi bħaċ-child care b'xejn, in work benefit u mizuri oħra speċifiċi ħalli hekk tkompli ssir ġustizzja anke f 'dan il- qasam. Abela Baldacchino ħeġġet ukoll liż-żgħażagħ biex ikunu parteċipi fid-diskussjonijiet dwar il-pensjonijiet għaliex dak li qed iseħħ illum ser ikun qed jaffettwa lilhom fil-futur. Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal illi l-mizuri favur pensjoni adegwata kienu possibli minħabba illi f 'dawn l-aħħar sentejn u nofs Gvern Laburista irnexxielu joħloq ekonomija b'saħħitha. Il-Ministru Farrugia semma' wkoll illi fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministeru għall- Familja u Solidrajetà Soċjali se jkun qed iħabbar kumitat illi se jkun qed jaħdem u jagħti pariri lil Ministeru dwar l-edukazzjoni finanzjarja liz-żgħażagħ u t-tfal. Huwa saħaq illi l-edukazzjoni finanzjarja twassal għall-futur li jnaqqas id-dipendenza fuq is-servizzi soċjali. Il-Ministru Michael Farrugia faħħar l-iniżjattiva tan-Nisa Laburisti u ħeġġeġ biex isiru aktar laqgħat informattivi ta' din ix-xorta. Id-Djalogu Pubbliku kien indirizzat ukoll mir- rappreżentant tal-Ministeru għall-Finanzi Stanley Mifsud li saħaq dwar l-importanza tas-sostenibilità fil- pensjonijiet. Il-laqgħa kienet indirizzata ukoll mis-Segretarju Permanenti fil-Minsteru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u chairperson tal- Grupp ta' Strateġija dwar il-Pensjonijiet Mark Musu u anke mill-membru tal-istess Grupp David Spiteri Gingell. Musu tkellem fost l-oħrajn dwar anomaliji differenti li kienu jeżistu u li bdew jiġu ndirizzati fil-baġit fuq proposti li għamel il-working group. Spiteri Gingell tkellem fost l-oħrajn dwar l-aspett ta' statistika, dwar l-importanza ta' edukazzjoni finanzjarja biex it-tfal minn żgħar ikunu konxji ta' din l-importanza u kif dak magħruf bħala second pillar qed jitwarrab minn pajjiżi oħra. Id-djalogu pubbliku kien indirizzat minn trade unions ewlenin, organizazzjonijiet u stakeholders oħra minn setturi differenti. Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 9 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Maintenance and Support Services for F5 Load Balancers – T099/15 Data ta' ħruġ: 28 t' Ottubru 2015 / Data ta' għeluq: 16 ta' Novembru 2015 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Provision of Maintenance and Support on IBM Non SAN Attached Servers and Related Equipment – T067/15 Data ta' ħruġ: 21 t' Ottubru 2015 / Data ta' għeluq: 20 ta' Novembru 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Raif Badawi: Ir-Rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-libertà tal-ħsieb minn Veronica Lynn Mizzi ILMEXXEJJA tal- Parlament Ewropew flimkien mal-President Martin Schulz ivvutaw sabiex il-Premju Sakharov għal-libertà għall-2015 jingħata lill-blogger Raif Badawi. Badawi huwa blogger mill- Arabja Sawdija li permezz tas-sit tiegħu, jippromwovi dibattiti soċjali, politiċi u reliġjużi. Il-blog tiegħu jipprova jmexxi l-idea tal-libertà għal-liberalisti Sawditi, bl-isem ta' 'Free Saudi Liberals'. Fis-sena 2012, Badawi ġie ssentenzjat għal għaxar snin ħabs u ngħata piena ħarxa, flimkien ma' 1,000 daqqa ta' frosta. Dan sar għaliex fuq l-istess sit elettroniku tiegħu, Raif Badawi kien insulta l-valuri tal-Iżlam. L-ewwel 50 daqqa ta' frosta li kellu jieħu, saru fil-pubbliku f 'Jannar ta' din is-sena. Il-bqija tad-daqqiet ġew posposti minhabba li kien hemm protesti nazzjonali dwar dan il-każ. Matul din il-ġimgħa, mart Badawi, Ensaf Haidar, li tinsab tgħix il-Kanada mat-tliet uliedha, qalet li l-Arabja Sawdija tat l-approvazzjoni tagħha biex jitkomplew dawn is-swat. Iktar kmieni matul din is-sena, il-Membri tal-Parlament Ewropew ikkundannaw dan is- swat bil-frosta li sar fuq Badawi u qalu li dan huwa "att kattiv u xokkanti". Fl-istess waqt, talbu li l-Awtoritajiet tal-Arabja Sawdija, "sabiex jiġi rilaxxat b'mod inkondizzjonat u immedjatament peress li hu huwa meqjus bħala priġunier ta' kuxjenza, miżmum u kkundannat biss talli eżerċita' id-dritt tiegħu tal-liberta' tal-espressjoni." Badawi kein gie nnominat għal dan il-premju mill- partiti S&D, ECR u l-Greens/EFA. L-MEP Taljan Pier Antonio Panzeri tal-S&D qal li ma jistax jimmaġina kif xi ħadd, fil-ġurnata tal-lum, jingħata d-daqqiet ta' frosta sempliċiminet għax kien kuraġġuż u esprima l-opinjoni tiegħu. "Bin-nominazzjoni ta' Raif Badawi, irridu nonoraw lil dawk kollha li qed jiġġieldu għal-libertà tal-espressjoni f 'pajjiżhom." Il-Premju Sakharov għal- liberta' tal-Ħsieb jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew. Il-Premju ġie mwaqqaf fl-1988 sabiex jonora individwi u organizzazzjonijiet li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali. Is-sena li għaddiet, il-premju ġie mogħti lil Denis Mukwege. F'Diċembru tas-sena l-oħra, ir-rebbieħ tas- Sakharov 2011, Ahmed El Senussi, kien ġie mistieden f 'Malta sabiex jagħti lekċer dwar is-Sakharov. El Senussi ġie ppremjat bil-premju Sakharov wara r-Rebbiegħa Għarbija. Fil-Belt Valletta, huwa ddeskriva d-diversita' ta' 31 sena bħala priġunier ta' kuxjenza fil-Libja. Iċ-ċerimonja uffiċjali fejn fiha Badawi jiġi premjat bil-Premju Sakharov se ssir fi Strasburgu fis-16 ta' Diċembru. Bdiet issir ġustizzja fil-qasam tal-pensjonijiet- Nisa Laburisti