Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
14 illum | Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 A nthony Grech twieled fl- 1986. Trabba x-Xewkija Għawdex fejn attenda l-iskola primarja tal-post u ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fis- Seminarju ta' Għawdex. Kompla l-Università, fejn fl-2008 iggradwa bħala għalliem tal-Malti u l-Istorja u fil-preżent, jgħallem fl- iskola sekondarja tal-Mosta. Ta' 18-il sena, fl-2004 beda jiżviluppa l-passjoni tiegħu għall-fotografija meta xtara digital camera u beda jiġbed kulma jara quddiem għajnejh. Passjoni li għenitu jara ħafna aktar milli qabel kien jara, għax beda jinnota xeni li s-soltu kien jibqa' għaddej u ma jagħtix kashom. Maż-żmien beda jesperimenta waħdu fil-fotografija fejn innota li d-dawl hu li jagħmel id- differenza fil-fotografija. Din l-imħabba fil-fotografija u xi korsijiet li għamel, għenu biex jiżviluppa talent kbir li wassluh biex ta' 29 sena diġà ppublika 6 kotba fotografiċi bl-aħħar wieħed ikun kapulavur. GOZO: THE ENCHANTING COASTLINE huwa l-aħħar ktieb ta' Grech, li għadu kif ħareġ għall-bejgħ fil- ġimgħa li għaddiet. Grech hu ko-fundatur tal-Gozo Photographic Society fejn f 'dawn l-aħħar snin ħa sehem f 'diversi wirjiet lokali u Internazzjonali tal- fotografija. Barra li ħafna mir-ritratti tiegħu jiġu wżati f 'pubblikazzjonijiet varji u siti tal-internet. Ta' 29 sena diġà ppubblika 6 kotba fotografiċi: A walk through the 1. districts of il-Munxar and ix-Xlendi and their history, heritage and folklore (2011) (Photography) Ġrajjiet is-Soċjeta 2. Mużikali u Filarmonika Leone - Għawdex (2012) (Photography & Design) Il-purċissjoni tal- 3. Ġimgha l-Kbira Xagħra- Għawdex (2013) (Photography) L-Għammiedi - 4. 170 Sena l-Għaxqa tax-Xewkin (2015) (Concept & Design & Photography) VITAE - A sacred 5. sculpture exhibition by Mario Agius (2015) (Concept & Design & Photography) GOZO - The 6. Enchanting Coastline (2015) (Concept & Design & Photography) Għawdex mil-lenti ta' Anthony Grech Mort niltaqa' ma' Anthony fejn qed jgħix fid-dar tan- nanna flimkien ma' martu Olivia mir-Rabat li barra li hi għalliema, tkanta fil- korijiet tal-opra. Qalli li qed jgħix hemm sa ma qed jibni post ir-Rabat, fejn ikolli nammetti li ma qbiltx miegħu, għax id-dar tan- nanna hi unika. Meta titkellem ma' Anthony fuq il-fotografija tinnota li qed titkellem ma' artist, għax il-fotografija hi forma ta' arti fejn anke skont hu, wara kull ritratt hemm storja. "Bil-fotografija tara lid-dinja tinbidel, u f 'dawn l-aħħar 11-il sena rajt mhux biss lil Għawdex jinbidel iżda anke t-teknika tal-fotografija." Mistoqsi jekk ir-ritratti li uża għall- ktieb li ppubblika dwar il-kosta Għawdxija, użax il-Photoshop biex bidel xi ħaġa, u kien pront weġibni li żgur li le. "Irranġajt biss xi dawl biex ħriġt aktar ir-ritratt iżda l-ebda ritratt ma hu mbagħbas. Huma meħudin f 'ħinijiet differenti biex noħroġ l-effett tad- dawl jew tax-xemx u anke fi staġuni differenti. Kien hemm fejn mort filgħodu kmieni meta x-xemx tkun tielgħa u dan għamiltu l-aktar meta kont in-naħa tal-Qala u fl-inżul ix-xemx mort in-naħa tad-Dwejra biex toħroġ l-isbaħ effett. "Ridt nuri wkoll li r-ritratti huma ħajjin għalhekk dejjem fittixt jew xi persuna qed tgħum, jew xi dgħajsa u anke karozzi pparkjati f 'xi bajja, bħal fi Mġarr ix-Xini." "F'kull ritratt trid tisraq il-mument, għax Għawdex dejjem jinbidel" illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Anthony Grech: Vjaġġ mal-kosta • Ktieb li jgħin biex wieħed jiskopri Għawdex ġdid • Dam 3 snin idur m'Għawdex biex ġibed dawn it-ritratti • Kellu jistenna lil Brad Pitt u Angelina Jolie jitilqu biex ġibed ir-ritratt ta' Mġarr ix-Xini Il-Blue Lagoon fil-bidu tas-sajf fit-8 ta' filgħodu minn ġo Għar f 'Kemmuna Anthony Grech li ra l-kosta ta' Għawdex minn lenti ta' kamera