Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/594534
Il-Ħadd 01 ta' Novembru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fil-ħajja int magħruf bħala persuna li ma tafx tgħid le, u tara kif tagħmel biex taċċetta. Imma ġejja persuna li ħa titolbok pjaċir li fik i n - nifsek taf li mhuwiex possibbli li dan tagħmlu. U għalkemm taf, se tara kif tista' tagħmel, imma jekk dan isir, hemm il-probabbiltà li tidħol ġo sitwazzjoni kkumplikata. Għal darba, irrifjuta, għax hekk hemm bżonn, għaliex jaf titħallas qares 'il quddiem. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 15, 28 u 35. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Se tgħaddi minn mumenti fejn tibda taħseb, 'Imma jien kont ngħix qabel. Kont ngħix fi żmien ieħor.' Dan minħabba li ħa tiġi f'sitwazzjoni fejn se jiġru xi affarijiet madwarek u tibda tgħid, imma dawn diġà ġraw. Dan ħa jiġri għax se jkun qiegħed jitwassallek messaġġ għall-mistoqsija li ilha fik. Wasal iż-żmien li tieħu risposta għaliha. Esperjenzi mill- passat għandhom jagħtuk gwida għal dak li ġej. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 27 u 38. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Sitwazzjoni li qiegħda tiġġenera madwarek, trid tagħraf tkun flessibli ħalli tkun b'saħħtek biżżejjed biex tkun tista' tgħelibha. Isma iżjed milli tparla. Barra dan, għandek bżonn tidħol ftit aktar fik innifsek ħalli int tissaħħaħ aktar, ħalli tkompli tikber kemm mill-andament ta' madwarek u anke li jekk int tin- sab f'relazzjoni, trid tara kif ittejjeb il-pożizzjoni tiegħek. Aħseb b'moħħok. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 19, 22 u 30. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Hemm il-probabbiltà li se tħossok li ma rnexx- ilekx issolvi l-problema li għandek attwalment. Għalhekk, qed tħossok bħala tellief, imma parir li ħa tingħata, għandu jqawwilek qalbek ħalli terġa' taqbad tfittex triq għas-soluzzjoni. Bejn dak li smajt u dak li hemm ġewwa fik, għandek tgħeleb dak li jidher diffiċli, u din għandha tkun lezzjoni għalik sabiex ma taqtax qalbek. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 29 u 32. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bħalissa qisek bastiment bla rotta. F'daqqa waħda kont wisek taf xi trid u taf fejn sejjer, imma sitwazzjoni allarieda fixklitlek it-triq. Hemm bżonn li tagħraf lilek innifsek u int x'vera trid! Għalkemm emozzjonalment tħossok imfarrak, taqtax qalbek, dan huw żmien ta' riflessjonijeit ħalli tagħrad iżjed int min int u int fejn trid tasal. Xorta ibqa' kawt, għax żball bħalissa, jiswielek ħażin. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 29 u 38. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Taqbida li għandek bħalissa, trid tagħrad issib tarf tagħha, mhux bil-qalb imma bil-moħħ. Enerġija negattiva li qiegħda ddur madwarek, fittex ħu ħsieb tara kif tista' tibdilha f'waħda pożittiva. Dan ikun tajjeb għalik u għal ta' mad- warek. Parir li dejjem ħadt, kompli ħudu. Agħraf li deċiżjoni li għandek tieħu, tkun għat-tajjeb tiegħek. Tgħaġġilx. Iżen, ifhem u agħraf! Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 19, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Bħalissa għaddejjin ħsibijeit kif tista' ssaħħaħ il- finanzi tiegħek persess li għaddejt minn żmien iebes. Issa qed tara li wasal żmien li tinvesti f'dak li int taħseb li se jkun vijabbli għalik. Ovvja- ment, huwa żmien pożittiv bħalissa u għalhekk, jekk int tagħraf tieħu deċiżjoni għall-investiment, agħmel dan wara li tieħu parir. Kompli għaddej. Il-futur ħa jagħtik u ħabib se jagħtik daqqa t'id. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 17, 22 u 38. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Meta tkun qed tagħmel xi riċetta ta' xi cake, żgur ħa toqgħod attenta li ma tħalli xejn barra. L-istess għandek tagħmel dwar il-mument li int għaddejja minnu bħalissa. Ħares ħarsa sew madwarek u qabel ma tieħu deċiżjoni, ara li għandek kollox sew u pjanat tajjeb, u jekk int tħoss li għandek kollox sew, allura ħu d-deċiżjoni li għandek tieħu għax int tinsab lest. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 22 u 31. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Ġej żmien ta' riflessjonijiet fejn int trid tagħraf aktar x'hemm bżonn għalik. Kemm fil-karriera, kif ukoll fir-relazzjoni. Is-sitwazzjoni trid timxi pass pass. Jekk int single, l-ewwel ikkonċentra fuq il-karriera, imbagħad ara x'ġej. Jekk qiegħed f'relazzjoni, trid issib bilanċ ħalli fl-ebda sitwazzjoni ma tiżbilanċja. L-importanti hu li jkun hemm kompromess. Parir dejjem ikun ta' gwida għalik. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 25 u 35. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Jekk int persuna li bħalissa qiegħed tfittex is- sieħeb/sieħba tiegħek, tgħaġġilx, għax dak li ġej fil-preżent, mhux dak li int vera tixtieq, imma għad ikun baqa; ftit taż-żmien ieħor ghal dak li int tixtieq. Min-naħa l-oħra, jekk għandek relazzjoni, ħu ħsieb li ssib ħin iktar x'tagħti lill-partner tiegħek għax bħalissa hemm ċertu nuqqas. Oħloq okkażjoni ħalli tagħti spinta lilkom. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 20 u 37. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Bħalissa qed tħossok bħal persuna marbuta li ma tista' tagħmel xejn. Issa waqt din il-fażi, tal-inqas trid tagħraf ħalli l-għoqiedi ma jkom- plux jissikkaw miegħek. Jekk taħseb li int m'intix qiegħda komda fis-sitwazzjoni, kun b'saħħtek biżżejjed li tkun kapaċi tgħid, jien sa hawn wasalt, u tinħall. Imma jekk int ħa tibqa' kif int, l-għoqiedi ħa jkompli jissikkaw, ħajtek se ssir miżerja. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 28 u 34. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Int persuna li tħobb tippjana u tagħmel pjan ta' kollox, imma bħal qisek qed tħossok li din is-sistema mhix dik li kienet. Dan jaf ikollu ħafna raġunijiet varji, imma l-parir huwa li int għandek bżonn xi forma ta' brejk jew vagan- za żgħira je pawża żgħira halli dik ir-rutina terġa' tibda tkun dak li dejjem kienet. Din il-pawża hi meħtieġa ħafna. Agħraf agħmilha. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 19, 26 u 37. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam Għeluq snin nies famużi dan ix-xahar Kantanti Lulu 66, Bryan Adams 55, Adam Ant 60, Art Garfunkel 73, Tina Turner 75, Conchita Wurst 26 Sportivi Luis Figo 42, Phillip Lahm 31, Ryan Giggs 41, Roberto Mancini 50, Paul Scholes 40, Alessandro Del Piero 40 Artisti Charles Bronson (1921- 2003), Grace Kelly (1929- 1982), Richard Burton (1925- 1984), Leonardo Di Caprio 40, Owen Wilson 46, Jodie Foster 52, Ben Stiller 49 Politiċi Charles Prince of Wales 66, Winston Churchill (1874- 1965) , Indira Gandhi (1917- 1984), Hassan Rouhani 66, Joe Biden 72 Del Piero Tina Turner Leonardo D Caprio