Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
2 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 52 72 5 47 55 51 20 43 Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant'Anna, Floriana Brown's Pharmacy, 706, Triq il- Kbira San Ġużepp, Ħamrun aniCi Pharmacy, Triq Aniċi, Qormi PharmaPlus, Triq Ganu, Birkirkara tony's Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Gżira melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan ViCtor's Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema m4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard st. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta st. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Żabbar martin's Pharmacy, 182, Triq Birzebbugia, Birżebbuġa Chrysanthemum Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi remedies Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa (previously "St Nicholas Pharmacy"), Siġġiewi santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli Batu Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria Għajnsielem Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem l-oGħlA: 22˚Ċ l-inQAS: 16˚ Ċ teMp: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati Viżibilità: Tajba minbarra f'xi ħalbiet tax-xita riħ: Tramuntana għall-Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir mill-Majjistral. Billejl isir forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 bAħAr: Ħafif għal moderat lokalment moderat kultant iMbAtt: Ftit li xejn li jsir baxx mill-Punent Majjistru filgħaxija teMperAturA tAl-bAħAr: 22 °C l-oGħlA: 21˚Ċ l-inQAS: 15˚Ċ teMp: Pjuttost imsaħħab lokalment bix-xita kultant Viżibilità: Tajba minbarra f'xi ħalbiet tax-xita riħ: Majistral forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 bAħAr: Ħafif għal moderat lokalment moderat iMbAtt: Baxx mill-Punent Majjistru teMperAturA tAl-bAħAr: 22°C Hollande jiddikjara minn albert Gauci Cunningham Pariġi, u d-dinja magħha, lbieraħ qamet maħsuda bi traġedja li ħalliet madwar 128 persuna mejta u 180 oħrajn midruba, b'99 minnhom ikunu f 'qagħda kritika. Fl-għodwa sewda u mdemmija tal-bieraħ, quddiem pajjiż maħsud u xxukkjat, il-President Franċiż Francois Hollande kien ċar. "Dak li seħħ huwa att ta' gwerra mill-istat iżlamiku (iS)", liema grupp iktar tard matul il-jum tal- bieraħ iddikjara li kien hu li wettaq l-attakki fil-Bataclan Concert Hall kif ukoll f 'żewġ stabbilimenti, 'Le Carillon' u 'Petit Cambodge'. Hekk kif ix-xeni ta' kaos, b'nies jiġru, ħerġin mill- Bataclan ikaxkru lil sħabhom u qrabathom mejtin jew milqutin, oħrajn jixxabtu mat-twieqi biex isalvaw lilhom nfushom mill-mewt, kif ukoll tax-xita ta' skrataġġ mal-faċċati tal-istabbilimenti bdew iduru d-dinja, l-President Franċiż għamel diskors qawwi ħafna li fetaħ il-bibien ta' gwerra bla ħniena kontra t-terrur. "Franza mhux se titkisser quddiem dawn l-attakki barbari u se tirrispondi bla ħniena. Se nieħdu kull miżura u se niġġieldu dan il-ġenn terrorista f 'dan iż-żmien ta' inċertezza." Hollande kompla jgħid li xejn mhu se jkun qed jorbot u jniżżel 'l isfel lil pajjiżu u li "Franza se tkun qed titrijonfa" fuq it-terrur. "Se niddefendu lilna nfusna. Long Live France!" Intant fil-midja kollha internazzjonali bdew deħlin mhux biss reazzjonijiet ta' politiċi iżda wkoll ta' diversi persuni li raw b'għajnejhom dan l-attakk feroċi jseħħ. Ma' Sky News, raġel li jgħix f 'Pariġi u li jaħdem fil-'Petit Cambodge' tkellem dwar it-terrur hekk kif "raġel daħal b'kalashnikov u qabad jispara. Tal-biża'! Imbagħad bdejt nisma l-isparar u bdejt nara ħafna nies mejtin ... kien hemm ħafna nies mejtin." Intant persuna oħra li tkellmet mal-istess stazzjon iddeskriviet il-kaos li rrenja fis-sala fejn sar l-aħħar attakk, hekk kif semgħu bħal ħoss ta' faqqaturi li wara rriżulta li kien sparar fuq in-nies li kienu fis-sala. "Bdejna nisimgħu twerżiq kbir, ġrejna lejn bieb biex noħorġu iżda weħilna, imbagħad erġajna weħilna fit- taraġ biex wara spiċċajna tlajna fuq il-bejt. Minn hemmhekk smajna għajjat, twerżiq u sparar". L-iS jgħidu li huma responsabbli Intant għall-ħabta tal-11:30 am l-Istat Iżlamiku ħareġ stqarrija miktuba bil-Franċiż u bl-Għarbi li kienet tgħid li kienu "tmien aħwa (tal- IS) lebsin ilbies bi splussivi u 'assault rifles' ħabtu fuq lokazzjonijiet speċifiċi fil- qalba tal-Kapitali Franċiża" liema belt, l-IS sejħula "tal- abominazzjoni u perverżjoni." Il-grupp ta' terrur, issa magħruf sew għall-attakki vixxerali u qtil brutali ta' numru kbir ta' ġurnalisti mill-punent fis-sejħa tiegħu għal gwerra qaddisa, sejjaħ it-traġedja tal-bieraħ bħala "attakk faċilitat minn Allah." L-IS, fl-istess stqarrija qal li "grupp ta' suldati tal-kalifat – jalla jagħtih (lill-Kalifat) saħħa u rebħ – immiraw lejn il-kapital tal-abominazzjoni u perverżjoni, dik il-belt li ġġorr il-bandiera tas-salib madwar l-Ewropa." "Raġel daħal b'Kalashnikov u qabad jispara. Tal- biża'! Imbagħad bdejt nisma l-isparar u bdejt nara ħafna nies mejtin"