Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 33 Sports Illum jibda jintlagħab il-BOV Basketball Knockout Illum, tibda tintlagħab il-kompetizzjoni BOV Basketball Knockout tal- Ewwel Diviżjoni, li se tara l-parteċipazzjoni ta' sitt timijiet, b'erba' timijiet jikkontestaw il-kwarti finali u żewġ timijiet jgħaddu direttament għas-semi- finali. Il-finali tintlagħab fl-24 ta' Jannar tas-sena d-dieħla. Fil-kompetizzjoni tat-tieni diviżjoni se jipparteċipaw ħames timijiet, bi kwarti finali bejn żewġ timijiet, bir- rebbieħ ta' din il-logħba jitla' għas-semi-finali mat-tlett timijiet l-oħra. Il-finali wkoll tintlagħab fl-24 ta' Jannar 2016. Il-programm tal-logħob ittella' minn Paul Sultana, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball u Peter Perotti, Chief Officer ta' Bank of Valletta. "Diġà kellna l-pjaċir naraw numru ta' logħbiet interessanti bi skor ogħli, rajna timijiet jiġu minn taħt u jiksbu rebħiet kif ukoll riżultati mhux mistennija' qal Peter Perotti. Huwa kompla li, "L-fatt li fin-knockout ma tistax titlef logħba, jirrikjedi t-timijiet li jinżlu għal-logħba fl-aqwa forma possibli u ninsabu ħerqana biex naraw l-aqwa żewġ timijiet f 'kull diviżjoni jiġġieldu għal dan l-unur f 'Jannar li ġej." Il-president tal-MBA, Paul Sultana, irringrazzja lill- Bank of Valletta tal-għajnuna li dejjem joffru u kompla jgħid li dan l-istaġun qed ikompli jibni l-momentum hekk kif it-timijiet jkomplu jsibu l-aqwa forma tagħhom. Il-Kompetizzjoni BOV Knockout, fejn telfa tfisser li tinqala' mill-kompetizzjoni, hija kompetizzjoni importanti ħafna fil-kalendarju tal- Basketball lokali u ninsab ċert li kull tim se jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jgħolli din it-tazza. "Fl-istaġun li għadda, rajna żieda sostanzjali fl-attendenzi tal-ispettaturi għal-logħob tal- basketball, xhieda ta' interess dejjem jiżdied fil-logħba tal- basketball," qal is-Sur Sultana. "Ninsabu kunfidenti li din se tibqa' tiżdied u b'hekk tinħoloq atmosfera eċitanti waqt il-logħob." Intant, dan huwa l-programm kollu ta' logħob mill-Kompetizzjoni BOV Basketball Knockout 2014/15: BOV KO L-Ewwel Diviżjoni Irġiel Kwarti-Finali Il-Ħadd 15 ta' Novembru 13:00: Hibernians vs PAVI Depiro Il-Ħadd 15 ta' Novembru 16:30: BUPA Luxol vs Floriana Cafè Del Mar Semi-Finali Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 13:00: Falken Cynergi Virtus vs Winner QF2 Il-Ħadd 13 ta' Diċembru 16:30: Winner QF1 vs Gzira Athleta BOV KO It-Tieni Diviżjoni Irġiel Kwarti-Finali Is-Sibt 7 ta' Novembru 16:30: Frank Salt Real Estate Phoenix vs Gzira Athleta Semi-Finali Il-Ġimgħa 11 ta' Diċembru 19:00: Starlites vs Winner QF Is-Sibt 12 ta' Diċembru 14:45: Mellieħa Mr. Green vs St Nicholas Suns Peter Perotti u Paul Sultana waqt it-tlugħ tal-poloz tal-BOV Basketball Knock-out Ritratt - Bank of Valletta Kollox lest għall-Kampjonati Nazzjonali tal-Weightlifting l-GħaqDa maltija tal-Weightlifting se tkun qed torganizza l-Kampjonati Nazzjonali tal-Weightlifting, kemm għall-irġiel kif ukoll għan- nisa li se jsiru fil-Kumpless Sportiv tal- Kottonera llum mill-10am 'il quddiem. L-ewwel kategoriji li se jikkompetu huma dawk għall-Kadetti kemm subien u bniet, segwiti mill- kategoriji għaż-żgħażagħ kemm dawk ta' 15, 17 u 20 sena. It-tielet sessjoni se tkun dik għal nisa li jipparteċipaw f 'kategoriji differenti waqt li l-aħħar sessjoni tal-ġurnata se tkun għall-irġiel. Dan il-kampjonat għandu importanza partikolari minħabba li huwa l-ewwel pass għal selezzjonijiet tat-timijiet għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li jmiss fil- bidu tas-sena d-dieħla, dik tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej f 'Ċipru, u t-Tazza tal- Mediterran fi Spanja. Sadanittant il-ġimgħa ta' wara, Jesmond Caruana President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting, jitla' Houston ġewwa l-Amerika, wara li ġie magħżul għall-irwol ta' uffiċjal tekniku fil- kampjonat tad-dinja tal-weightlifting bil- kompetizzjonijiet jibdew fl-20 ta' Novembru u jintemmu fit-28 tal-istess xahar. Dan il-kampjonat huwa ta' importanza kbira ħafna minħabba li huwa l-aħħar kampjonat dinji għall-kwalifikazzjoni tal- Logħob Olimpiku. Ritratt - All Things Gym Il-weight lifter ewlieni Malti, Rodmar Pulis Luxol jirbħu s-Super Cup tal-Futsal fl-aħħar ħin luxOl jirbħu l-ewwel unur ta' dan l-istaġun f 'logħba mill-aktar eċċitanti u li żammitna fuq ix-xwiek sal-aħħar. Għal Valletta din kienet l-ewwel finali tas-Super Cup u ħarġu b'rashom mgħollija, għaliex taw oppożizzjoni denja sal- aħħar lil Luxol. Għall-bidu, l-Beltin ħadu l-kmand tal-logħba u fetħu l-iskor permezz ta' Jovica Milijic. Denis Di Maio żied żewġ gowls oħra biex kabbar il-vantaġġ għat-tim mill-kapitali. Luxol naqsu d-distakk permezz ta' Carl Azzopardi, biex b'hekk l-ewwel taqsima ntemmet bl-iskor ta' 3-1. Fit-tieni taqsima, Luxol ħarġu aktar determinati u tefgħu kollox fuq l-attakk, hekk kif Frane Despotovic beda jkun il-flying keeper. Minn naħa l-oħra l-Beltin baqgħu jirreżistu għall- pressjoni avversarja u Dylan Musu kellu wkoll doppjetta għalih. Luxol baqgħu jużaw il-flying keeper u din il- mossa ħadmet tajjeb tant li kisbu d-draw drammatiku permezz ta' doppjetta ta' Glenn Bonello u gowls ta' William Barbosa u Carl Azzopardi. Bir-riżultat ta' 5-5, ir- rebbieħ tal-finali kellu jiġi deċiż fil-ħin barrani. Kien hawn li Valletta daħlu wkoll il-flying keeper permezz ta' Dylan Musù. Luxol dawru t-telfa f 'rebħa u marru għall- ewwel darba fil-vantaġġ minn freeshot skurjat minn Frane Despotovic. Luxol approfittaw mill-lasti vojta ta' Valletta u sabu x-xibka tliet darbiet oħra permezz ta' William Barbosa, Frane Despotovic u Carl Azzopardi. Minkejja l-isforzi kontinwi u sal-aħħar tal-Beltin, Luxol ħarġu rebbieħa bl-iskor finali ta' 9-5. Fl-aħħarnett, il-President tal-FMA, il-Perit Mark Borg, ippreżenta t-tazza lill- captain William Barbosa, b'dan tal-aħħar jgħolliha 'l fuq fost il-ferħ kbir ta' sħabu tat-tim ta' Luxol. Plejers u uffiċjali tat-tim tal-futsal ta' Luxol, jifirħu bil-kbir wara li rebħu s-Super Cup Ritratt - Joe Borg