Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 39

24 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Il-Prezz tal-fuel f 'pajjiżna A.Duca, Għaxaq Is-sur prim Ministru u s-sur Ministru tal-Finanzi, it-tnejn li huma tal-fehma li l-prezz għoli tal-fuel jiskoraġġixxi s-sewqan. Lil min jiskoraġixxi? Lil min grazzi għall-Gvern tagħkom qed jiekol b'aktar minn ħalq wieħed, lil min hu sta bene? Jiskoraġixxi iva, lili pensjonant, lil dak bil-paga minima, lil dak bla xogħol, lil dawk il-mijiet fir-riskju tal- faqar. X'qad jippretendi dan il-Gvern? Li nħallu l-karozza taħt ħajt jew ġol garaxx, biex nagħmlu wisa' għalihom? Dan il-Partit tal-ħaddiema, taż-żgħir, il-partit li qabel l-aħħar elezzjoni ħareġ bl-għajta tar-road map b'soluzzjoni għal kull problema. Għas-Summit u ċ-CHOGM se jgħalqu xi toroq sabiex il-mexxejja barranin li gejjin ma jesperjenzawx dak li jesperjenzaw iċ-ċittadini Maltin ta' kuljin fit-toroq. Nisperaw li ma jibdewx jgħalqu t-toroq mnejn jgħaddu huma biex ma jitilfux ħin għall-ġid ta' pajjiżna. Sa jerġgħu jiltaqgħu l-Kittieba Għawdxin Kav Joe M Attard, Victoria Għawdex Fuq inizjattiva tal-Kav Joe M Attard, il-Kittieba Għawdxin qed jerġgħu jiġu mistiedna biex jiltaqgħu flimkien u jaqsmu bejniethom xi siltiet mix-xogħlijiet tagħhom fil-preżenza ta' dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-Letteratrura Maltija. L-aappuntament li jmiss se jinżamm iktar tard dan ix- xahar, sewwa sew il-Ġimgħa 20 ta' Novembru 2015 fis- 7.30pm. Dan kollu se jsir bħala parti mill-Book Fair li qed tinżamm fil-Librerija ta' Pjazza san Franġisk Victoria. Billi ninsabu fix-Xahar tal-Erwieħ, u billi l-festa tal-Immakulata tinsab wara l-bieb u l-Milied qed joqrob ġmielu l-kittieba qed jiġu mistiedna jmissu ma' dawn il- ġrajjiet fil-kalendarju li żgur għandhom ikunu ta' interess għal kulħadd. Se jinqraw xi xogħlijiet qosra tal-Kapuċċin imwieled fix- Xagħra Patri Mattew Sultana, tal-Poetessa Għawdxija Mary Mejlak u tan-nepputi tagħha l-Kan Joe Mejlak kif ukoll poeżija ta' Gorġ Pisani minn Lorna Tabone u Antoinette Grech li ser taqra wkoll poeżija li kitbet is-Sinjura Helen Żammit, mart Pawlu Żammit li kien salva mill-għarqa tal-luzzu li grat fit-30 t'Ottubru 1948. Fost il-kittieba Għawdxin ser niltaqgħu ma' Joe Camilleri, Charles Bezzina, Ganninu Cremona, Joe W Psaila, Mario Borġ, Anton F Attard, Frans Mizzi, Dr Alfred Grech, Patri Remiġ Galea Kapuċċin, u Raymond Caruana. Is-serata ser tiftaħ billi ser jinqara feature qasir dwar Il-Milied fil-letteratura Għawdxija miktub mill-Kav Joe M Attard li jmexxi wkoll is- serata li se tkun imżewqa wkoll mis-'Sinfonia Music Group' taħt id-direzzjoni taż-żagħżugħ Mro Mario Vella Cordina. L-għeluq isir b'kelmtejn mis- Sur Gorġ Cassar, l-Uffiċċjal inkarigat mil-libreriji f 'Għawdex. Intenni li kulħadd huwa mistieden. Jiena għalhekk nemmen f 'din il-verità! Lino Ellul, San Ġwann ALtru li kien ferm interessanti dak l-artiklu ta` Veronica Lynn Mizzi (fil-ħarġa tal-ILLuM tat-8 ta` Novembru 2015) dwar it-twemmin fil-ħajja eterna! Fil-fatt minkejja l-ħafna opinjoniet li jeżistu f 'reliġjonijiet differenti li semmiet hi, żgur li għalkemm b'modi differenti, dawn ir-reliġjonijiet kollha jemmnu fil-ħajja ta' wara din! Iżda biex nasal għal argumenti tiegħi, l-ewwel u qabel kollox nixtieq ngħid li bħala Kattoliku, jiena nemmen li l-Għerf huwa Don ta' Alla u l-Malizzja hija l-ħażen tax-xitan! Li l-akbar tliet rigali li Alla ta lill-bniedem huma, l-intelliġenza umana, l-att sesswali, kif ukoll il-libertà! Li l-ewwel kompjuter kien ivvintat minn Alla l-ħallieq permezz tal-moħħ meraviljuz tal-bniedem maħluq minnu! Li permezz tal-moħħ tal- bniedem kompla jidher l-għerf u l-kobor ta' Alla; għaliex appuntu kien il- bniedem li sfrutta kull xorta ta' materja prima li ħalaq Alla l-ħallieq! Fil-fatt, li kieku Alla baqa' waħdu, bla ma ħalaq lill-bniedem ma kien ikollu l-ebda sodisfazzjon tal-għerf u l-kobor infinit tiegħu! U allura, bħala Kattoliku konvint minn dan it- twemmin kollu, żgur li jiena ma nistax inwarrab il-verità dwar il-ħajja ta' wara din, meta appuntu din il-verità tkellem dwarha Kristu, li hu l-Iben ta' Alla l-ħallieq, ħaġa waħda mal-Missier u mal- Ispirtu s-Santu, tliet Persuni f`Alla wieħed, meta allura mhux biss li f 'ħajtu bħala Alla u bħala Bniedem, huwa qajjem il-mejtin, izda meta wkoll wara li bhala biss Bniedem gie maqtul bl-aktar mod krudili fuq is-salib, (bħala l-uniku medjatur bejn Alla u l-bniedem fil-pjan tas-salvazzjoni, biex ħeles lill-bniedem mill-ħakma tax-xitan). Huwa qam minn bejn l-imwiet, kif allura kien ħabbar f 'ħajtu Hu! U allura żgur li jiena ma nemminx fil-ħajja ta' wara din, għaliex miljuni ta' bnedmin oħrajn jemmnu wkoll f 'din il-verità, iżda jiena nemmen fil-ħajja ta' wara din, għaliex l-akbar xhud dwar din il-verità għalija huwa Kristu bin Alla l-Missier, imwieled bħala Alla u bħala bniedem minn Ommu l-Verġni Marija, li għad irid jiġi fl-aħħar tad- dinja biex bħala mħallef ġust. Huwa jagħmel ħaqq mill- bnedmin kollha, bla ma żgur li jħares lejn wiċċ ħadd!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015