Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 39

Blackburn with Darwen (BwD) hija prodott ta' ftehim bejn Blackburn u Darwen Music Services flimkien ma' organizzazzjonijiet oħrajn. L-għan finali huwa li jipproduċu opportunitajiet għall-produzzjoni mużikali ta' livell għoli ħafna. Fost l-imsieħba li hemm involuti f 'dan il-proġett hemm il-BBC, More Music Morecambe u Manchester Camerata. Il-familja ta' Liam emigrat lejn Blackburn, fir-Renju Unit sitt snin ilu. Ommu hija Maltija, hu twieled Malta u l-missier huwa ta' nazzjonalità Ingliża. Liam jaf idoqq varjetà sħiħa ta' kitarra, fosthom dik akustika, elettrika, bass guitar u l-ukelele li hi dik il- kitarra ċkejkna b'erba' kordi li tintuża ħafna fl-Amerika Latina. F'intervista telefonika mal- ILLUM, Amanda, omm Liam qalet li ż-żagħugħ saħansitra kellu ċ-ċans idoqq solo waqt attività fis-sala King George fi Blackburn. Għal din l-attività kienet attendiet ir-Reġina Eliżabetta II. Sintendi, b'ton ta' omm kuntenta b'dak li kiseb binha fi ftit żmien, qaltilna li tinsab kburija mmens. Ta' 16-il sena, Liam diġà jgħallem f 'żewġ skejjel primarji u skont kif spjegalna, kull ma' jixtieq hu li jkollu l-opportunità li jaqsam l-entużjażmu u l-imħabba għall-kitarra ma' tfal oħrajn. Id-direttur tal-Music Hub fejn jattendi, għadu kemm innominah għall-premju prestiġjuż, is-Silver Arts Award. Liam se jkun l-ewwel żagħżugħ student fil-Music Hub li jiġi nnominat għal dan l-award. Liam Muscat jattendi l-Blackburn College u bħalissa qed iħejji ruħu biex iġib id-distinction fit-tmien grad fl-aħħar eżamijiet li fadallu. Qed jittama li jkollu karriera fil-mużika u t-tagħlim tagħha. Bir- rata ta' kif inhu għaddej bħalissa, bla dubju li dan iż- żagħżugħ Malti, bejn korda u oħra tabilħaqq għandu jipprometti. Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 13 Feature tal-kitarra u bellaħhom' Silver Arts Award Is-Silver Arts Award huwa premju li jgħin biex iħeġġeġ l-involviment taż-żgħażagħ fl-arti u l-kreattività. Il-premju jippermetti l-parteċipazzjoni ta' dawk li għandhom sal-25 sena u huwa mmexxi mill-Kulleġġ tat-Trinity, il-Kunsill tal-Arti fir-Renju Unit u għaxar organizzazzjonijiet oħra. Is-Silver Arts Award tnieda fl-2005 u llum huwa rikonoxxut fiċ-ċentri kulturali, kulleġġi u skejjel fl-Ewropa kollha. "Wara t-tielet lezzjoni, Liam ġie d-dar u qalli li t-teacher tal-kitarra tbellaħ bit-talent li kellu u ħeġġu biex jkompli jitħarreġ iktar fil- kitarra'' Liam mhux biss għandu talenti fuq il-kitarra imma talent mużikali kbir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015