Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

16 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 'Midnight Express', 'Gladiator', 'Troy' u 'Munich' huma wħud mill- films li jiġu f 'moħħ il-Maltin meta ssemmi produzzjonijiet li nħadmu f 'pajjiżna. Però iktar riċenti, wieħed jista' jinnota li t-tkabbir f 'dan il-qasam huwa wieħed li żdied b'rata fenomenali, u dan jixhduh ir-riżultati li qed jakkwista pajjiżna fl-industrija tal-films u d-dħul finanzjarju li qiegħed ikun rekord, sena wara sena. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- moħħ wara dan is-suċċess li fi ftit snin, qed imexxi l-Kummissjoni Nazzjonali tal-Films lejn it-triq tas-suċċess. Engelbert Grech ilu fil-kariga ta' Kummissarju tal-Films fi ħdan il-Malta Film Commission (MFC), għal dawn l-aħħar sentejn u waqt li r-riżultati f 'dan il-qasam jitkellmu waħedhom, hu, b'umiltà, jgħid li l-ġudizzju jħallih f 'idejn in-nies. Fis-sena meta pajjiżna qed jiċċelebra d-disgħin sena bħala destinazzjoni għall-films, Engelbert Grech żvela kif huwa antiċipat li jintlaħaq il-€100 miljun fi dħul minn din l-industrija. Dan mhuwiex sempliċiment pass 'il quddiem imma ġirja kbira meta wieħed iqis li sal-2013 din l-industrija kienet qed tiġġenera €5 miljun biss fl- ekonomija Maltija. Fis-sena ta' wara, jiġifieri fl-2014, beda jidher il-bidu tal-progress f 'dan il-qasam hekk kif daħlet kummissjoni ġdida u beda fil-kariga tiegħu Grech. Hemmhekk, id-dħul iġġenerat kien beda jilħaq id-€29 miljun. Grech jispjega kif, "dan it-tkabbir enormi ġej min-niċċa li qabel ma kinetx qed tiġi sfruttata biżżejjed." Ikompli jispjega kif jara li ż-żewġ fatturi li kienu essenzjali għal dan is-suċċess kienu, "l-ewwel nett is-sistema l-ġdida ta' inċentivi finanzjarji li introduċejna, u l-marketing kbir li għamilna mad- dinja kollha biex inpoġġu lil Malta fuq il-mappa internazzjonali. Sfortunatament, Malta ħafna drabi ma kinetx tinsab fl-aġenda tal- istudios ta' Hollywood u diversi studios Ewropej. Nemmen li issa, bil-'marketing drive' li qed nagħmlu u l-meetings kontinwi li qed ikollna, meta dawn ikollhom proġett, verament qed jikkunsidraw lil Malta bħala l-għażla tagħhom biex jiffilmjaw il-produzzjoni." Fil-fatt, Grech jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li, "bħala Kummissjoni, irnexxielna npoġġu l-industrija tal-films fuq l-aġenda nazzjonali. Kienet intesiet xi ftit, imma llum in-nies qed jitkellmu fuqha u hemm entużjażmu ġdid fost iż-żgħażagħ, li jawgura tajjeb għall- futur." Industrija li dejjem tinbidel Engelbert Grech jispjega kif l-industrija tal-films hija waħda volatili u dejjem tinbidel, u għaldaqstant il-pajjiżi jridu jkunu dejjem lesti li jakkomodaw ruħhom għal dawn l-istess bidliet. "Kien hemm deċiżjonijiet li riedu jittieħdu ta' malajr u dik id-deċiżjoni ġġiblek film li jiswa miljuni kbar." Grech spjega kif, "il-mod mgħaġġel li bih kibret l-industrija, iġġib l-isfidi tagħha għax primarjament l-infrastruttura tal-pajjiż, mil- lat ta' films trid tiġi mtejba u jsir investiment konsiderevoli fiha. Iktar importanti minn hekk, ir- riżorsi umani jridu jkunu mtejba u jkunu ta' kwalità. Huwa importanti li nġibu l-films, imma jrid ikollna n-nies kapaċi biex jaħdmu fuqhom." Hu kompla jitkellem dwar il- flessibiltà li jrid ikollha din l-industrija u semma kif anke internazzjonalment, qed ikun hemm iktar enfasi fuq is-serje televiżivi, flimkien mal-films. "Ma nistgħux nibqgħu ffukati biss fuq film. L-industrija fuq livell internazzjonali evolviet lejn it- telviżjoni, u aħna qed nimxu fuq l-istess triq." Ħaddiema direttament dipendenti fuq il-qasam Grech spjega kif l-industrija tal- films hija waħda mill-iktar li toħloq effetti indiretti fl-ekonomija għaliex għalkemm l-ammont ta' ħaddiema impjegati direttament fil-qasam mhuwiex numru kbir, il-ħaddiema indiretti huma bil-wisq iktar. Meta jkun hemm xi film li jibda jinħadem lokalment, ikun jirrikjedi bosta elementi bħal 'catering', akkomodazzjoni u trasport li ma jistgħux jingħaddu strettament mal-ħaddiema impjegati fil-qasam tal-films, iżda xorta waħda qed jaħdmu grazzi għal dan il-proġett. Fil-fatt il-Kummissarju għall-films spjega kif din l-industrija hija waħda mill-iktar li għandha effetti ikbar minn dawk immedjati u ammetta kif, "fuq livell dirett u indirett, l-industrija tal-films f 'Malta tħaddem bejn il-5,000 ut-8,000 ruħ. Però, dawn huma figuri li ma tistax tkun eżatt fuqhom għax minkejja li persuna fil-catering, tkun qed tagħti servizz lill-industrija tal- films, ma tistax tgħid li qed jaħdem magħha dirett." Minkejja dan, din il-gazzetta staqsiet jekk hemmx pjanijiet, jew jekk hux eventwalment possibbli li jkun hemm ħaddiema li jaħdmu fi ħdan din l-industrija b'mod iktar permanenti jew 'full- time' u mhux sempliċiment b'mod temporanju meta jkun hemm xi film kbir. Grech spjega kif il-ħidma hi diretta għalhekk, biex il-ħaddiema li jkunu qed jagħmlu xogħol f 'din l-industrija jistgħu jgħidu li dan huwa x-xogħol tagħhom. "Fil- passat, ħafna kienu jikkunsidraw l-industrija bħala passatemp. Jiġi film darba kull sena jew sentejn, jaħdmu fih, u wara jerġgħu jmorru għar-rutina normali. Issa f 'dawn l-aħħar sentejn irnexxielna noħolqu konsistenza permezz ta' għadd kbir ta' proġetti wara xulxin, fejn ikun hemm biss xi ġranet ta' waqfien bejn proġett u ieħor. Min-nofs l-2014 u anke qabel, sa issa, ma waqfux il-proġetti kemm kbar, u anke żgħar." Grech semma kif din hi sfida għaliex f 'din fl-industrija, ħafna drabi x-xogħol jimxi fuq bażi ta' proġett, proġett u għalhekk, "l-idea hi li jkollok proġetti wara xulxin biex tiggarantixxi xogħol kontinwu għan-nies f 'din l-industrija. Qed jirnexxielna nattiraw lura nies li kienu telqu minn Malta u marru f 'industriji oħrajn, għax ma setgħux isostnu lilhom infushom minħabba nuqqas ta' xogħol. Issa, qed naraw konsistenza f 'din l-industrija u l-isfida tagħna hi li nkomplu b'din it-trend," kompa jsostni Grech. Bżonn li jinbena qafas bażiku Għalkemm din l-industrija ilha fil-pajjiż għal dawn l-aħħar 90 sena, huwa fl-aħħar snin li bdiet tiġi standardizzata u tieħu l-forma. Ftit tal-ġimgħat ilu, ġie mniedi abbozz tal-politika nazzjonali għall- films għall-konsultazzjoni, bl-istess politika mistennija tkun ppubblikata u ffinalizzata fil-ġimgħat li ġejjin. Din l-istess politika, kif jispjega tajjeb Grech, "Ħassejna l-bżonn li nagħtu direzzjoni ċara għas- snin li ġejjin ta' x'hemm bżonn li jsir u ngħaqdu l-entitajiet kollha flimkien li għandhom x'jaqsmu mal-industrija. Dan huwa sforz kollettiv biex nagħtu direzzjoni ċara u naraw fejn sejrin fil-ħames snin li ġejjin." Dan għaliex. Jispjega Grech mal-ILLUM, anke sempliċiment reġistrazzjoni ta' xogħol hija diffiċli għal persuna li taħdem fil-qasam. Fil-fatt, hu jispjega kif nies li jaħdmu fl-industrija mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment u jgħid li "jekk tipprova tmur l-ETC biex tirreġistra bħala 'produttur tal-films', m'hemmx kategorija għalik." Għalhekk, fost diversi punti, din il- politika mistennija toħloq struttura biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f 'dan il-qasam, u "qed nibnu l-istruttura mill-bidu sabiex ikollna pedamenti sodi biex inkomplu nibnu fuqha." Minbarra dan, wara xi lmenti matul is-sajf li għadda dwar xi sfruttament fuq ħaddiema li kienu qed jaħdmu fuq is-sets ta' ċertu films, din il-politika mistennija tiggarantixxi qafas regolatorju u regoli ċari biex ikun hemm kundizzjonijiet tajbin għal dawn il- ħaddiema u anke dawn il-ħaddiema jkunu jafu d-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom. Grech qal kif, "Il-fatt li ma kienx hemm struttura huwa ħażin kemm għal min jaħdem f 'din l-industrija, kif ukoll għall-films li jiġu minn barra." Inkomplu nkabbru t-talent lokali Din il-gazzetta staqsiet jekk hemmx xi miżuri li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li f 'kull film li jinħadem, ikun hemm ammont ta' nies li jkunu Maltin bħala parti mill- crew. Min-naħa tiegħu, Grech qal li filwaqt li ma jistgħux iċaħħdu persuni ċittadini tal-UE milli jaħdmu f 'Malta, bħala Kummissjoni qed jaraw li tal-inqas ikun hemm sistema ta' 'mentoring'. "Film meta jiġi Malta, jaqbillu jimpjega Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com L-industrija tal-films: minn Intervista "Dan it-tkabbir enormi ġej min- niċċa li qabel ma kinetx qed tiġi sfruttata biżżejjed" "Fil-passat, ħafna kienu jikkunsidraw l-industrija bħala passatemp... f 'dawn l-aħħar sentejn irnexxielna noħolqu konsistenza permezz ta' għadd kbir ta' proġetti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015