Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 €100 miljun mill-industrija tal-films din is-sena minn Veronica Lynn Mizzi LINDUSTRIJA tal-films, din is-sena biss, mistennija tħalli mal-€100 miljun fl- ekonomija Maltija hekk kif kollox jindika li l-2015 se tkun sena rekord għal dan is-settur. Din iċ-ċifra tfisser li l-industrija tal-films se tħalli €20 miljun aktar fil-pajjiż milli kien previst mill-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, responsabbli għal dan is- settur, lura f 'Ġunju ta' din is-sena. Dan stqarru mal-ILLUM il-Kummissarju tal-films Engelbert Grech f 'intervista li qed tidher f 'paġni 16 u 17. Hu jfakkar kif sal-2013 din l-industrija kienet qed tikkontribwixxi €5 miljuni fil-pajjiż, li allura jfisser li f 'dawn l-aħħar sentejn kien hemm tkabbir fil-qliegħ ta' xejn inqas minn €95 miljun, minn dan is-settur ekonomiku biss. Matul din l-intervista Grech jitkellem dwar l-inċentivi li qed tieħu l-Kummissjoni, kemm jekk dawk finanzjarji kif ukoll ta' 'marketing'. Fl- intervista, Grech jitkellem dwar il-politika li għadha kif kienet mnedija mill-Gvern u jfakkar dwar l-importanza tagħha hekk kif din għandha tirregolarizza s-settur għall-gwadann ta' dawk li jipproduċu l-films kif ukoll ta' dawk l-impjegati li jkunu parti minn produzzjoni. Grech jispjega wkoll kif il-Kummissjoni qed tagħmel aċċenn qawwi fil-ħidma tagħha biex tkabbar l-opportunitajiet f 'dan il-qasam. "Huwa fatt, li f 'ċerti pożizzjonijiet m'għandniex Maltin li huma mħarrġa biżżejjed," sostna l-Kummissarju li kompla jgħid kif bħala Kummissjoni "qed nagħmluha ċara li għandu jkun hemm 'trainees' u 'interns' li jiġu mħarrġa mill-barranin, f 'dawn il- pożizzjonijiet. Fil-fatt, parti mil-linji gwida tagħna tgħid li dawk kollha li qed jieħdu xi inċentivi, iridu bilfors idaħħlu numru ta' 'interns' f 'pożizzjonijiet partikolari sabiex l-industrija tagħna tkompli tiżviluppa." Ara l-intervista f 'paġni 16 u 17 Il-koppja Brad Pitt u Angelina Jolie li kienu Malta għall-film 'By the Sea' Ritratt tal-ġimgħa Ritratt: Chris Mangion Kartellun li twaħħal mal-monument tal-'LOVE' f 'San Ġiljan waqt ċerimonja simbolika li għaliha attendiet ukoll il-President ta' Mal- ta. Din iċ-ċerimonja saret b'rispett lejn il-vittmi u l-qraba ta' dawk milquta mill-attakki terroristiċi f 'Pariġi. Hemmhekk ġiet osserva- ta minuta silenzju, u kien hemm ukoll preżenti l-Ambaxxatriċi Franċiża għal Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015