Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015| illum 5 Aħbarijiet Il-PM ma jeskludix li jitħassar iċ-CHOGM f 'każ ta' xi periklu .....estiżi l-kontrolli tas-sigurtà ta' min hu dieħel jew ħiereġ minn Malta minn Veronica Lynn Mizzi Il-PrIm ministru Joseph muscat, waqt li kien qed jindirizza konferenza tal- aħbarijiet ilbieraħ qal kif preżentement, m'hemm "l-ebda theddida magħrufa fil-konfront ta' malta." minkejja dan, sostna li jekk ikun hemm periklu, se jitkellem mal-poplu dwaru, u jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji, "Jekk ikun hemm xi tip ta' periklu, l-ewwel tiġi malta." Fl-istess waqt sostna kif jekk ikun hemm bżonn li jitħassar iċ-CHOGm, ikun lest li jieħu din id-deċiżjoni. Però, qal kif dan mhux il-każ għaliex m'hemm l-ebda tip ta' periklu. Minkejja li l-Prim Ministru saħaq li m'hemm l-ebda theddida għas-sigurtà ta' Malta bħalissa, hu appella sabiex xorta waħda jkun irrapurtat aġir suspettuż lill-awtoritajiet tas-sigurtà. Fl-istess waqt, qal kif m'għandux ikun hemm allarm fost in-nies, għax dan huwa sempliċiment l-għan ta' dawk li jkunu qed jippjanaw attakki simili. Joseph Muscat ħabbar ukoll li se jiġu estiżi l-kontrolli tas-sigurtà li kien hemm fis- seħħ f 'pajjiżna għal min ikun dieħel jew ħiereġ mill-pajjiż. Dawn il-miżuri tas-sigurtà li kienu inizjarjament iddaħħlu minħabba l-Valletta Summit, kellhom jintemmu lbieraħ filgħaxija, u jerġgħu jibdew nhar is-Sibt li ġej fi tħejjija għaċ-CHOGM. Muscat esprima kif jifhem li l-pajjiż jinsab f 'biża' u qal li, "nifhmu li kif naraw dawk ix-xeni ta' nies mimdudin fuq il-bankini nibżgħu għalina, għall-familji tagħna, u għal uliedna." Il-Prim Ministru temm jgħid li hemm bżonn niffukaw biex, "inkunu punt ta' djalogu u paċi fil- Mediterran." Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil spjega kif minkejja li jidher li m'hemm l-ebda problemi fuq is-sigurtà ta' pajjiżna "m'għandna nieħdu ebda riskji." Il-Kap tal-PN iddeskriva dan l-attakk bħala wieħed "faħxi" u qal illi l-problema ta' terroriżmu għandha tkun miġġielda, fuq livell Ewropew u internazzjonali. 'Qed jippruvaw ikissru l-mod paċifiku ta' kif ngħixu' Waqt li wera solidarjetà f 'isem il-Knisja Maltija ma' Franza, mal-vittmi u mal- qraba tagħhom, l-Arċisqof ta' Malta Charles J. Scicluna kkundanna bla riżervi l-attakki terroristiċi. Hu qal kif dawn l-atti qed jippruvaw ikissru, "l-mod paċifiku kif aħna ngħixu." Kompla jgħid kif mill- postijiet li kienu fil-mira ta' dan l-attakk jidher li dawn kienu "attakki fuq il-ħajja tal-mistrieħ tal-Pariġini, li kienu qed igawdu fil-kwiet u fil-paċi." Il-komunità musulmana f 'malta tikkundanna l-atti Il-komunità Musulmana Ahmadiyya kkundannat b'mod kategoriku l-attakki terroristiċi u qalet li se tkun viċin tal-poplu Franċiż. "It- terroriżmu sar waħda mill- akbar theddidiet fiż-żmien tal- lum, u ma jafx fruntieri u ma jħennx għall-ebda persuna, inkluż tfal, nisa u anzjani. Filwaqt li sejħet lill-IS bħala theddida estrema u gravi, l-komunità Musulmana ta' Malta tfakkar kif il-Quran jgħid li "kull min joqtol persuna, ikun daqslikieku qatel lill-umanità u kull min jagħti l-ħajja jkun qisu ta' l-ħajja lill-umanità kollha." Attakk fuq is-simboli ta' liberta' Iċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika Arnold Cassola, qal kif il-fatt li ġew attakkati ristorant, sala tal-kunċerti u stadium tal-futbol huwa minnu nnifsu simboliku "għax dawn huma simboli tal-libertà u tal-mod ta' għajxien l-Ewropej." Fl-istess waqt, Cassola qal li mhux lok li nirrispondu bi vjolenza imma "billi nimpenjaw ruħna biex ikollna soċjetà inklussiva." Finalment, temm billi qal li waqt li għandna nitolbu għall-paċi, għandna nkunu viġilanti. "Jekk ikun hemm xi tip ta' periklu, l-ewwel tiġi Malta" Reazzjonijiet minn Malta Il-President Franċiż jiddikjara li Franza mhi se titkisser qatt. Hawnhekk jidher mdawwar bil-membri tas-sigurtà Charles Xuereb: Id-daqqa tal-mewt għax-Shengen Ix-xAndAr u storiku Charles xuereb, li għandu affinita' partikolari lejn Franza, sostna mal-IllUm illi t-traġedja tal-bieraħ se tfisser id-daqqa tal-mewt għaż-żona Shengen. xuereb fakkar illi permezz tal-qbil ta' Shengen "qed jinfetħu l-bibien għal kull min għandu passaport validu" u saħaq dwar il-bżonn li jkun hemm kontrolli ħafna aktar stretti dwar min dieħel u min ħiereġ mill-Ewropa. Viżibilment irrabjat ħafna għal dak li ġara Xuereb spjega kif, fl-opinjoni tiegħu, l-Ewropej qed jispiċċaw vittmi ta' min qed jipprova jhedded il-libertajiet tagħna. "Innota, li dawn mhux mexxejja, jew bini statali qed jattakkaw. Dawn qed jattakkaw postijiet li jissimbolizzaw l-istil ta' ħajja tagħna." Xuereb ikompli jgħid illi hija Pariġi li qed tkun taħt attakk, għax "din hija l-belt li tissimbolizza l-liberta'. Għalhekk l-attakk fuq Pariġi huwa attakk fuq il-liberta'." Ix-xandar wera' l-biżgħat tiegħu hekk kif, wara dan l-attakk feroċi, se jkun hemm miżuri ta' sigurta' anke f 'postijiet fejn persuna jmur biex jiddeverti. Mitlub minn l-ILLUM biex jikkumenta dwar liema huma dawk il-passi li fl-opinjoni tiegħu l-Gvernijiet Ewropej għandhom jieħdu, Xuereb qal li wasal iż-żmien li naħsbu dwar x'tip ta' rwol irridu nagħtu lill-'Big Brother'. "Is- sigurta' trid issir b'mod ġdid, b'xi mod dawn qed jagħmlu kuntatti u jorganizzaw lilhom infushom bl-użu tal-internet u l-mowbajls. Jeħtieġ naraw kif se nrażżnuhom milli jikbru u jorganizzaw ruħhom permezz tat-teknoloġija. Għax qed inrawmu periklu kbir. Qed inrawmu l-għadu fi ħdanna stess." Xuereb temm ifakkar kif dawn l-attakki jistgħu jkunu wkoll riżultat ta' diżillużjoni kbira fost settur ta' nies li ma jkunux laħqu l-amizzjonijiet tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015