Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Djamant Ħsibijiet wara l-baġit: L-Għawdxin mhux triq fil-baħar minn John Busuttil LejLiet kull elezzjoni, inkella fil-baġit ta' kull sena, il-politiċi Maltin joħolmu b'Għawdex u l-Għawdxin. jibdew il- ħrejjef jew kif isejħulha missirjietna l-kastelli fl- arja. Il-Poplu Għawdxi jiġi mwiegħed air links, sptarijiet 'state of the art', mini u pontijiet, xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin, djar tax-xjuħ, toroq, servizzi aktar mgħaġġla bil-baħar, cables taħt l-art għall-internet, cruise liner terminals, xogħol għall-bidwi u r-raħħal, pixxina, qorti….insomma f 'kelma waħda dak il-qrid li jisimgħu matul is-sena minn kull qasam tal-poplu Għawdxi, inwegħduh f 'dawn iż-żminijiet. Qrid li ilu sejjer għal dawn l-aħħar 30 sena u sal-lum għadna fi stadju ta' studju. Li jiskantani hu li ħafna drabi l-wegħdiet jinbidlu minn sena għall-oħra. Jew biex inkun aktar preċiżi, il-'prijoritajiet' jinbidlu. Dak li kien prijorità f 'sena, isir inqas ta' prijorità s-sena ta' wara. Il-politiċi Maltin hemm bżonn li jisimgħu minn dawk il-politiċi Għawdxin, għax dawn jafu eżatt il- mentalità Għawdxija x'inhi. Dawn twieldu u għexu fil-kultura Għawdxija u jafu li l-Għawdxi ma tixtrihx bil-kastelli fl-arja, iżda billi toffrilu serħan il-moħħ. Billi sserraħlu moħħu li wliedu se jibqa' jgawdihom fil-gżira tiegħu. U dan trid tagħmlu billi toħloq sistemi u xogħol ta' kwalità. S'issa jidher li dawk il-ħaddiema tal-id u tas-sengħa qed jitkattar xogħalhom f 'Għawdex, għax hemm boom ta' proprjetà u ta' turiżmu fejn aktar Maltin qed jersqu lejn Għawdex u l-Għawdxin tan-negozju qed igawdu minn dan l-influss qawwi. Hu minnu li mill-ġid tal-ftit igawdu l-ħafna għax hemm id-'domino effect'. Ritratt -Anthony Grech Fl-aħħar il-pjazza se tingħata lura lin-Nadurin F'NoveMbru ta' sena ilu beda x-xogħol għal tisbiħ tal-pjazza ta' San Pietru u San Pawl fin-Nadur. il-bieraħ 14 ta' Novembru u sena wara ngħatat lura lill-poplu Naduri wara li nfetħet uffiċjalment mill-President ta' Malta. Però wieħed irid ikun ġust u jsemmi wkoll li fl-1993 fl-ewwel kunsill tan-Nadur kien diġà sar xi tisbiħ tal- pjazza. u issa wara li l-ewwel kunsill kien beda t-tisbiħ, tpoġġiet iċ-ċirasa fuq il- kejk. Għalkemm is-sindku Naduri, edward Said qalilna li l-Kunsill fadallu aktar ideat biex ikompli jsebbaħ din il-pjazza, fosthom fejn jidħlu siġar u pjanti. Il-proġett sar b'fondi tal- Unjoni Ewropea u sewa ftit inqas minn nofs miljun ewro. Tlabna lis-sindku jgħidilna x'kien il-ħsieb wara din il-pjazza fejn qalilna li ħafna dejjem xtaqu li l-pjazza ewlenija tan-Nadur tiġi rranġata u li tkun tixraq liċ- ċentru tal-lokalità. "Għaldaqstant kunsilli preċedenti fasslu pjanta għal dan il-għan, u kkonsultaw dwar il-pjanti u nfatti saru numru ta' emendi matul is-snin. Fl-aħħar, il-kunsill ta' qabli mmexxi mis-Sindku Charles Said irnexxilu jakkwista fondi u allura nbeda dan il-proġett kbir fil-qalba tan-Nadur. Il-proġett qed jagħti lura l-pjazza lin-Nadurin u lil dawk li jżuruna bħala post ta' rikreazzjoni u spazju pubbliku, filwaqt li jagħti aċċess lit- traffiku u anke jżomm bilanċ fejn jidħol parkeġġ," sostna Edward Said. Dwar il-proġett innifsu qalilna li d-disinn jiffoka fuq il-bieb prinċipali tal-knisja, kemm fil-mod kif inhu mqiegħed il-madum u anke d-dawl tal-art. "Il-proġett inkluda bdil fis-servizzi kollha ta' taħt l-art, ġibjun tal-ilma taħt il-pjazza biex jilqa' l-ilma u jintuża għat-tisqija u ħasil, pavimentar ġdid, sistema ta' traffiku ġdida, xogħol fuq ix-xelter tal-pjazza, sistema ta' dawl ġdida, bankina ġdida maz-zuntier kollu u tarmak ġdid fost oħrajn. Il-proġett wassal ukoll biex inqalgħu siġar li tant kienu qed jagħmlu ħsara lid-djar tal-inħawi." Hu semma l-fatt li l-Kunsill preżenti sab dan il proġett nofs triq, fejn kienet tlestiet l-ewwel fażi u anke s-servizzi, u fil-ħames xhur li għaddew saret ħidma biex jiġi finalizzat il-proġett fejn anke saret l-għamara tat-triq il-ġdida. Pjazza l-ġdida tan-Nadur L-għar Ta' Ċenċ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015