Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
Cameron: Nixkupaw din l-ideoloġija velenuża Kliem iebes wasal mingħand il-Prim Ministru Ingliż David Cameron li saħaq dwar l-importanza li l-Ewropa "tixkupa din l-ideoloġija velenuża," f 'referenza ċara għall- IS u l-estremiżmu Iżlamiku li dawn iħaddnu. "Dan huwa l-agħar attakk fi Franza mit-tieni gwerra dinjija u l-agħar attakk fl-Ewropa fl- aħħar 10 snin" tenna Cameron li għamilha ċara li r-Renju Unit se tkun solidari mal-Franċiżi. "Nous sommes solidaires avec vous" (Aħna solidari magħkom,) qal Cameron hekk kif għamilha ċara li dan ifisser ġlieda kontra "dawn il-qattiela brutali." Apparti li wissa li anke r-Renju Unit jinsab fuq alert massimu, il-PM Ingliż saħaq dwar l-importanza "li nkunu viġilanti. Il-valuri tagħna huma tagħkom, l-uġigħ tagħna huwa tagħkom u l-ġlieda tagħkom hija l-ġlieda tagħna." Il-Polonja twieġeb lura: "Daqshekk immigranti" Mal-ewwel siegħat tal-attakk bdew ħerġin bosta reazzjonijiet, fost l-aktar qawwijin kienet dik tal-Polonja li ftit siegħat biss wara l-Valletta Summit dwar l-immigrazzjoni għamlitha ċara, "daqshekk immigranti." Dan qalu l-Ministru tal- Affarijiet Ewropej Konrad Szymanski li qal li "fid-dawl tal- atti traġiċi f 'Pariġi, ma nistgħux narawna nimplimentaw il-possibiltajiet politiċi li tal- programm ta' rilokazzjoni tar-refuġjati." F'attakk, bla dubju mmirat lejn l-UE f 'mument diffiċli, il-Ministru Pollakk qal li l-implimentazzjoni ta' dan il-programm tista' tkun ferm diffiċli. Intant l-ewwel mexxej li għadda kummenti kien il-President tal-Istati Uniti Barak Obama li ta l-appoġġ kollu tiegħu lil Franza f 'dan il- mument diffiċli u ħabbar ukoll li se jkun qed ilaqqa' l-Kunsill ta' Sigurtà tal-Istati Uniti biex jiddiskuti dan l-attakk atroċi. Dan l-attakk kien ilu pjanat Mill-ewwel reazzjonijiet dwar l-attakk jidher li beda jkun hemm qbil li dan kien attakk mill-aktar premeditat u pjanat b'mod metikoluż. Ma' Sky News, il-Konsulent dwar is-Sigurtà Martin Reorden qal li għalkemm l-IS iddikjaraw li kienu huma li wettqu l-attakk, sostna li seta' kien grupp jew ċellola fi Franza stess li kienet influwenzata mill-messaġġi tal- IS. "Li hu żgur huwa li dan kien attakk ippjanat sew." Ma' dan qabel ukoll l-Editur tal-Affarijiet Barranin Sam Kiley li spjega kif dawn ma kinux sempliċiment avvenimenti deliberati, imma iktar minn hekk koinċidenzi malinni." Huwa qal li m'hemmx dubju li l-Ġiħadisti se jkunu qed jużaw il-midja soċjali biex juru li kapaċi jidħlu fil-qalba tal- Ewropa." Din hija parti mit-Tielet Gwerra Dinjija Il-Papa Franġisku wkoll esprima s-sogħba tiegħu għall- familji ta' dawk li għaddew mill- esperjenza mill-ikreh tal-attakki kodardi f 'Pariġi. "Jiena qrib in-nies fi Franza, tal-familji tal- vittmi u qed nitlob għalihom." Hu kompla jgħid li m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal dak li ġara u ddeskriva l-avvenimenti koroh bħala parti mit-tielet gwerra dinjija li qed iseħħ bħalissa. Iktar kummenti waslu mingħand diversi mexxejja, fosthom dak tal-Iran, Hassan Rouhani, li kkundanna bil-qawwa kollha l-attakki u sejjaħ lil dawk li mietu bħala vittmi ta' "fenomenu ta' ħażen terroristiku." Angela Merkel spjegat kif dak li ġara jaffetwana lkoll filwaqt li l-President Tork Recep Tayyip Erdogan spjega kif il-poplu Tork jaf biżżejjed dwar il-kruha tal-attakki terroristiċi. Anke l-President Russu Vladimir Putin, f 'messaġġ lil Hollande, qal kif din it-traġedja "hija prova tan-natura barbara tat-terroriżmu, li tisfida liċ- ċivilizazzjoni umana." Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet jiddikjara gwerra kontra t-terrur "Dan huwa l-agħar attakk fi Franza mit- tieni gwerra dinjija u l-agħar attakk fl-Ewropa fl-aħħar 10 snin" Franċiż jibki quddiem Le Carillon fejn seħħ parti mill-attakk L-istat Iżlamiku jiddikjaraw li kienu huma wara l-attakk f 'Pariġi