Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
36 illum Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Għall-ewwel darba, il-Federazzjoni tal-world Martial Kombat (wMKF), li ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar ħames snin u għandha 'l fuq minn 8,000 membru ġejjin minn kull rokna tad-dinja, fi tmiem din il-ġimgħa qiegħda torganizza Kampjonat Dinji ġewwa pajjiżna. Biagio Vitrano li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-wMKF, kien ilu żmien joffri lill-Maltin biex dan il-Kampjonat Dinji jsir f 'pajjiżna, u wara deċiżjoni tal-Kumitat Malti fosthom Master Silvio Camilleri li jirrapreżenta lill-wMKF bħala l-Viċi-President qablu ma' xulxin u saħansitra ilhom minn Jannar jippreparaw għal dan il- kampjonat ferm prestiġjuż. F'Malta hawn numru ta' klabbs tal-arti marzjali rinomati fosthom The Art of Fighting, Jalen, Ying Yang, Basement, u l-Wushuky Club fejn kollha għandhom 'fighters' ta' ċertu kalibru u li jġorru magħhom 'title belts' u rebħiet barra minn xtutna. F'dan l-avveniment, wieħed jista' jara l-għaqda li tirrenja fost il-klabbs fejn kollha jiftiehmu u jgħaqdu tim wieħed bħala 'Malta Squad'. Dan l-avveniment isir sena wara l-oħra, fejn it-tim Malti tela' jipparteċipa kemm fl-Italja u sena ilu ġewwa Hammaet fit-Tuneżija. Il- Kampjonat Mondjali se jsir ġewwa l-Cottonera Sport Complex fil-Birgu u se jkun mifrux fuq 3 ijiem fejn il-Ġimgħa ssir l-Open Ceremony, u wara jibdew il-fights tal-atleti li ilhom inqas minn sentejn jipprattikaw l-arti marzjali, filwaqt li s-Sibt u l-Ħadd se jkunu qed jiġu esebiti diversi stili ta' arti marzjali, fosthom il-K1 li se jkun fuq ir-Ring, u l-iskwadra Maltija li għandha tim tajjeb ippreparat għal dan l-avveniment mondjali. Se jkun hemm ukoll full-contact kickboxing, semi- contact, point-scoring fejn atleti ġejjin kemm mill-qasam tat- taekwando u l-karate jidħlu għaliha. Għal dan l-avveniment mondjali madwar 1,000 atleta minn 124 pajjiż jinsabu f 'Malta biex jikkompetu f '14-il dixxiplina differenti. Dan l-avveniment qed jiġi kkontrollat minn madwar 40 referi internazzjonali. Tajjeb ngħidu li fl-istess avveniment, qed jieħdu sehem fost l-oħrajn l-Arġentin Molinari li se jagħti show ta' tkissir ta' injam. F'dan l-avveniment, qed jieħdu sehem tim ta' 15-il fighter ġejjin mill-Messiku, tim żgħir min-Nepal, tim Ingliż imdaqqas bħas-soltu fejn diġà qabeż il-120 applikant, apparti tim kbir ukoll minn Sqallija u l-Italja. Dan l-avveniment huwa possibli grazzi għall-istazzjon lokali TVM, il-Malta Tourism Authority, xi kumpaniji kummerċjali li taw is-sapport tagħhom bl-għajnuna finanzjarja li pprovdew għal dan l-avveniment, kif ukoll għas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Chris Agius, li għen ħafna biex dan l-avveniment seta' jkun possibli, u li fi kliemu waqt konferenza stampa li indirizza ftit tal-ġimgħat ilu, it- Turiżmu sportiv speċjalment fix-xhur il-kwieta huma ta' benefiċċju għall-ekonomija ta' pajjiżna. Fl-istess konferenza stampa, is-Segretarju Parlamentari, kompla jgħid kif l-avvenimenti ta' din ix-xorta huma importanti ferm għall-atleti tagħna sabiex ikollhom l-esperjenza f 'kompetizzjonijiet kontra avversarji ta' livell. "Jekk nibqgħu nikkompetu biss bejnietna, il-livell tagħna jibqa' dak li hu," sostna Agius. Il-finanzi sabiex atleti jikkompetu barra huma kbar, u allura meta kompetizzjoni ta' livell tinġieb f 'pajjiżna, nkunu qed innaqqsu l-piżijiet finanzjarji minn fuq l-assoċjazzjonijiet u atleti tagħna," temm jgħid Chris Agius. Tkellem ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-WMKF, Biagio Vitrano, fejn semma' kif dan l-avveniment ilaqqa' flimkien is-solidarjetà u l-kompetizzjoni dejjem taħt il-kappa ta' sport. Huwa rringrazzja lil bosta entitajiet li qed jassistu lill-Federazzjoni f 'dan l-avveniment fosthom is-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, Malta Tourism Authority, SportMalta, Air Malta u WU SHU KY Kickboxing Malta Intant, il-Federazzjoni Maltija tal-World Martial Kombat, bħalma normalment tagħmel se tkun qed tgħin b'mod finanzjarju lill- Fondazzjoni Puttinu Cares li huma tant fil-qlub tal-Maltin. Dan billi d-dħul minimu ta' €10 bħala donazzjoni se tmur b'risq Puttinu Cares. Il-pubbliku sportiv Malti u mhux biss, huwa mħeġġeġ jagħti s-sapport tiegħu lill- atleti li se jkunu qed jieħdu sehem f 'dan il-Kampjonat Mondjali. Fl-aħħar u mhux l-inqas il-Federazzjoni Maltija tal-World Martial Kombat, awgurat lill-atleti Maltin tal-ħin u d-dedikazzjoni li qegħdin jagħtu għax żgur li huwa ta' sodisfazzjon li atleta Malti jitla' fuq il-podju ġewwa pajjiżu kif ukoll lill-kowċis tal-paċenzja u d-dedikazzjoni tagħhom. Għal aktar informazjoni, wieħed jista' jibgħat email fuq kickboxingmalta@ hotmail.com jew jidħol fuq il-paġna uffiċjali ta' facebook tal-Federazzjoni Maltija tal- World Martial Kombat, jew is-sit www.martialkombat.org. Sports Madwar elf atleta minn 124 pajjiż fil-Kampjonat Mondjali tal-Martial Kombat f 'pajjiżna Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXUL KXPDPLQQ Malta 15K LIKES IXT)DFHERRN f'sena ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW