Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 25 Siti ġodda għall-protezzjoni tat-tjur fl-ibħra Maltin Il-BIrdlIfe Malta, flimkien mal-imsieħba tagħha, qiegħda ttella' workshop internazzjonali dwar it-tajr tal-baħar fejn fih se tippreżenta inventarju ta' siti importanti għall-għasafar fl-ibħra Maltin misjuba permezz tal-proġett lIfe+ Malta Seabird Project li kellu l-bidu tiegħu fl- 2011. dawn is-siti se jiġu proposti biex jingħaqdu bħala parti minn-network ewropew ta' siti Natura 2000. 'Il fuq minn 50 parteċipant internazzjonali minn 17-il-pajjiż fil- Mediterran, inkluż esperti marittimi, konservazzjonisti u awtoritajiet governattivi flimkien ma' rapprezentanti tal-Kummissjoni Ewropea, ħa jkunu qed jiltaqgħu sabiex jiddiskutu l-ġejjieni tal-protezzjoni tat-tajr tal- baħar lil hinn mill-konfini nazzjonali. Il-LIFE+ Malta Seabird Project ilu għal dan l-aħħar erba' snin jistudja mill-qrib tlett speċi ta' tajr tal-baħar f ' Malta ta' importanza internazzjonali: il-Garnija, iċ-Ċiefa u l-Kanġu ta' Filfla – bl-għan li jiskopri liema siti fl-ibħra Maltin huma l-iktar importanti għall- għixien tagħhom. Data miġbura mill- proġett diga serviet ta' kontribuzzjoni siewja għall- Global Seabird Tracking Database, li hi waħda mill-ikbar inizzjativi globali għall-ħarsien tal-ambjent marittimu. Din il-mixxela ta' informazzjoni tifforma il-bażi għall-għarfien tal-iktar siti importanti għat-tajr tal-baħar madwar id-dinja. Figuri dwar il- vjaġġi magħmula minn tajr tal-baħar individwali diġa jissorpassaw ħames miljun data point, miġbur minn 'l fuq minn 120 istituzzjoni ta' riċerka. Xahar ilu, il-Portugall ħabbar il-protezzjoni legali ta' żewġ siti marittimi ġodda. SPEA, il-partner Portugiż fi ħdan il-Malta Seabird Project, kien oriġinarjament ippropona dawn is-siti bħala siti importanti marittimi għall- għasafar (marine IBAs) wara 10 snin ta' riċerka, grazzi għall-proġetti simili b'fondi Ewropej. Nhar it-23 ta' Novembru, il-Malta Seabird Project ser ikun qed iniedi inventarju ta' siti importanti għall- għasafar, identifikati fiż- żona tas-sajd esklussiva ta' Malta li testendi sa 25 mil nawtiku mil-kosta. Hekk kif sar fil-Portugall, il-gvern Malti imbagħad ikun jista' japplika protezzjoni legali sabiex dawn is-siti jiġu rikonoxxuti bħala Żoni ta' Protezzjoni Speċjali. Dawn b'hekk ikunu jistgħu jiġu miżjuda man-network Ewropew ta' siti Natura 2000 għall-għasafar. Il-workshop, li jġib l-isem "Protecting seabirds in the Mediterranean: Advancing the Marine Protected Area Network" ser isir fil-gżira ta' Għawdex bejn it-23 u l-25 ta' Novembru. 240 panella fuq il-bjut ta' appartamenti f 'Taċ-Ċawla f 'Għawdex Refalo: Dan il-proġett se jkompli jtejjeb il-kwalita' tal-ħajja ta' dawn ir-residenti minn John Busuttil 'Il-vIżjoNI ta' gzira ekologika tħares 'il quddiem lejn futur sostenibbli'. Hekk tenna l-Ministru refalo meta dalgħodu żar il-housing estate taċ-Ċawla fejn ġew installati aktar minn 240 panella fuq il-bjut tal- appartamenti. B'kollox dawn il-panelli huma stmati li se jiġġeneraw madwar 104,000 unit tal-elettriku f 'sena, li huma ekwivalenti għall- konsum annwali medju ta' 28 familja. dan il-proġett se jikkontribwixxi bi sħiħ għall- viżjoni ta' eko-Għawdex għax se jkun qed jagħti kontribut ambjentali f ' dimensjoni soċjali. dan għaliex numru ta' familji se jibbenefikaw minn din l-enerġija rinnovabbli. Il-Ministru tenna li dan il-proġett barra li se jkompli jtejjeb il-kwalita' tal-ħajja ta' dawn ir-residenti, se jkun ukoll mezz ta' edukazzjoni fuq l-użu bil-għalaq tal-enerġija. Dan il-proġett juża s-sistema ta' micro-inverter li jikkontrolla kull pannella individwali. Dan jassigura li meta jkun hemm xi ħsara fis-sistema ta' xi pannella, din il-ħsara ma taffettwax is- sistema kollha. Il-Ministru Anton Refalo stqarr li l-kwalità tal-ħajja f 'Għawdex tkompli titjieb permezz ta' investiment kontinwu fl-edukazzjoni, l-ambjent, l-iżvilupp ekonomiku, u l-progress soċjali. Huwa fakkar fil-wegħda tal- gvern li jtejjeb u jgħolli l-livell tal-għajxien tar-residenti li jgħixu fil-housing estates. Dan huwa progett ieħor li jissodisfa l-kriterji ta' sostenibilita' ambjentali filwaqt li jindirizza l-bżonnijiet soċio-ekonomiċi tar-residenti ta' dawn il-housing estate. Anton Refalo qal ukoll li dan il-proġett jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-gvern li sas-sena 2020, 10% tal-ġenerazzjoni ta' elettriku ikkonsumata tkun iġġenerata minn sorsi li jiġġeddu bħalma huma x-xemx u r-riħ. Ritratt: Aron Tanti Il-bjut mimlijin panelli solari fil-Qasam tad-Djar f 'Taċ-Ċawla