Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 35 Sports tal-FIFA – Min huma l-kandidati? miljun fil-kont bankarju tiegħu. Dan wara li kien nefaq is-somma ta' $70 miljun biex jixtri gżira privata fl-Oċean Indjan lura fl-2013! Musa Bility Preżentament, huwa l-Kap tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol fil-Liberja. Aħbar ħażina għalih kienet dik li huwa tilef l-appoġġ tal- Konfederazzjoni tal-Futbol Afrikana f 'Awwissu li għadda. Iżda din ma waqfitux milli jitfa' l-kandidatura tiegħu għall- president tal-FIFA. Wara li f 'Ġunju li għadda ħabbar li kien qed jaħsibha biex ikun parti minn din it- tellieqa għall-presidenza tal-FIFA, qal li jemmen li l-personalità li jippossjedi għandha tkun fattur ewlieni, li jgħinu biex ikun tajjeb u idoneu, biex imexxi l-FIFA bħala president. Jerome Champagne Dan huwa persuna li fil-passat ħadem fid- diplomazija politika, meta ngħaqad fil-FIFA bħala amministratur tard fis-snin disgħin. Huwa dam jaħdem f 'din l-organizzazzjoni sal-2010, meta kien ħalla l-kariga tiegħu ta' direttur tar-relazzjonijiet internazzjonali, biex iservi bħala Kummissarju tal-futbol, fil- festa mondjali tal-Arti Sewda f 'Dakar fis-Senegal. Huwa serva wkoll bħala konsulent għal klabb fil-Palestina u fir-Repubblika Demokratika tal-Congo, fost oħrajn. Matul is-sena li għaddiet, huwa sfida lil Sepp Blatter, għall- kariga ta' president tal- FIFA, iżda mbagħad irtira l-kandidatura tiegħu, minħabba li ma kisibx biżżejjed sapport. Wara li ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni li ġejja tal-FIFA, Jerome Champagne aċċenna lill-assoċjazzjonijiet membri tal-FIFA, li kien wasal iż-żmien li nsalvaw lill-FIFA, u lill-irwoli tagħha tal-governanza u ri-distribuzzjoni, li jinsabu f 'periklu meta l-aktar li qed jinħass il-bżonn tagħhom. Huwa żied li rridu wkoll nirrestawraw il-kredibbiltà tal-FIFA, u nippreparawha għall- isfidi tad-dinja dinamika li qiegħda kulma jmur tinbidel u tevolvi. Il-Prinċep Ali bin al- Hussein Dan huwa l-aktar persuna li smajna fuqu f 'Malta. Dan minħabba l-fatt li ftit tal-gimgħat ilu, l-MFA ħabbret li kienet innominat lil dan il- Prinċep għall-presidenza tal-FIFA. Il-Prinċep Ali bin al-Husien huwa t-tielet wild tar-Re Hussein tal-Ġordan. Huwa kien l-uniku persuna li sfida lil Sepp Blatter għall- presidenza tal-FIFA, f 'Mejju li għadda, iżda ħareġ tellief, meta Sepp Blatter kiseb 133 vot waqt li l-Prinċep kiseb 73 vot. Madankollu, kif kulħadd jaf, Sepp Blatter irriżenja mill-kariga tiegħu ta' president tal-FIFA minħabba li ġie akkużat bi frodi massivi. David Nakhid Dan huwa eks captain tat-tim nazzjonali tal-futbol ta' Trinidad u Tobago, u qed ifittex l-appoġġ speċjalment ta' pajjiżi li ġejjin mill- Karibew. Illum huwa qed jgħix fil-Lebanon, fejn imexxi akkademja tal-futbol. F'kummenti li ta lill-aġenzija tal- aħbarijiet Reuters, huwa qal li l-kandidatura tiegħu għall-presidenza tal-FIFA, għandha ħafna x'taqsam ma' dak li huwa jikkunsidra bħala rappreżentazzjoni mhux xierqa tar-reġjun tal- Karibew fl-isfera tal-futbol internazzjonali. Huwa afferma li dan ir-reġjun baqa' mhux żviluppat b'mod adekwat minħabba nuqqas ta' tmexxija tajba li ġiet minn din il-parti tad- dinja. F'kummenti oħra, David Nakhid, saħaq li l-eks ministru responsabbli mis-sigurtà nazzjonali ta' Trinidad u Tobago, Jack Warner; li rriżenja minn viċi- president tal- FIFA fl-2011 wara li ġie sospiż mill-kariga, matul investigazzjoni relatata ma' korruzzjoni, qatt ma rrapreżenta lir-reġjun tal- Karibew fl-ogħla organi tal-FIFA. Gianni Infantino Il-UEFA tat l-appoġġ tagħha lill-kandidatura tas-Segretarju Ġenerali tagħha, Gianni Infantino wara li l-president tal- UEFA, Michel Platini matul ix-xahar ta' Ottubru ġie sospiż għal 90 ġurnata. Gianni Infantino huwa avukat kif ukoll l-id il- leminija ta' Michel Platini, fl-ogħla organi tal-UEFA. Huwa mexxa l-idea tal- 'Financial Fair Play', li tant għamlet ħoss fl-isfera tal-futbol Ewropew matul dawn l-aħħar snin. Dan hekk kif din tirrikjedi lill-klabbs li jipparteċipaw f 'kompetizzjonijiet Ewropej li jibbilanċjaw l-infiq tagħhom, biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għal- logħbiet rispettivi, fid- diversi kompetizzjonijet organizzati mill-UEFA. Qiegħed jitqies li Gianni Infantino tefa' l-kandidatura tiegħu bħala sostitut għal Michel Platini, u jekk wara li tgħaddi s-sospensjoni ta' 90 ġurnata ta' Michel Platini u l-affarijiet imorru kif mixtieq għall-eks plejer leġġendarju ta' Juventus, Gianni Infantino jkun qed jirtira l-kandidatura tiegħu. Gianni Infantino ilu jokkupa l-kariga ta' Segretarju Ġenerali tal- UEFA sa mill-2009, u wara li tefa' l-kandidatura tiegħu għall- president tal- UEFA, huwa saħaq li kien ferm onorat li ġie nnominat mill-UEFA, għal din il-kariga ferm prestiġjuża. Huwa kompla li jekk jiġi elett bħala president, huwa jkun qed imexxi lill-UEFA, biex isiru bidliet drastiċi minn fuq għal isfel, biex din l-assoċjazzjoni mondjali tal-futbol, terġa' tikseb id-dinjità u r-rispett li tant jixirqulha. Sheikh Salman bin Ebrahim al-Khalifa Dan ix-Sheikh huwa l-President tal- Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatika. Huwa jifforma parti mill- familja rjali tal-Bahrain, u riċentament kien jinsab fiċ-ċentru tal- kontroversja, minħabba l-allegata kompliċità f 'azzjonijiet drastiċi li ttieħdu kontra atleti li pparteċipaw fi protesti favur id-demokrazija li saru fil-Bahrain lura fl- 2011. Iżda huwa bl-aktar mod kategoriku ċaħad l-allegazzjonijiet kollha li saru fil-konfront tiegħu rigward dan il-każ. Al-Khalifa appoġġja lil Sepp Blatter, matul l-elezzjonijiet għall- presidenza tal-FIFA li saru f 'Mejju li għadda, u fl-2013 Sepp Blatter innifsu kien appoġġja lix-Sheikh Salman, biex imexxi l-Konfederazzjoni tal- Futbol Ażjatika, li għadu jmexxi llum il-ġurnata. F'kummenti li kien għadda lill-media lura fl-2013, meta kien ħa l-inkarigu ta' president tal- Konfederazzjoni tal-Futbol Ażjatika, huwa qal li minn dejjem kien kommess li jmexxi, jikkontrolla u jiżviluppa l-logħba tal- futbol b'mod indipendenti u awtonomu u mingħajr l-ebda tip ta' interferenza ġejja minn barra l-logħba tant sabiħa tal-futbol. Michel Platini Wara li tgħaddilu s-sospensjoni ta' 90 ġurnata u jekk kollox imur kif mixtieq għalih, huwa l-kandidat l-aktar favorit li jieħu t-tmexxija tal-FIFA mingħand Sepp Blatter, bħala president tal-FIFA. F'kummenti li huwa għadda lill-media ftit tal-ġimgħat ilu, qal li bl-akbar umiltà jħoss li huwa l-aktar persuna idonea u kapaċi biex tmexxi l-FIFA, iżda jħoss li l-kumitat tal-etika tal-FIFA qed jipprova jmexxi komplott ta' sabutaġġ kontrih u qed jikkumparah ma' kavallier li qed jipprova jidħol f 'kastell ta' inġustizzja billi jitfa' żejt jismot fuq rasu. Fil-passat, kien meqjus bħala persuna ferm viċina ta' Sepp Blatter, iżda r-relazzjoni ta' bejn dawn it-tnejn, illum il-ġurnata xejn mhija tajba. David Nakhid Il-Prinċep Ali bin al-Hussein Gianni Infantino Michel Platini Jerome Champagne