Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 39

10 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 SENIOR MANAGER (EU FUNDS) Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Senior Manager (EU Funds) fi ħdan il- Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet flimkien ma CV dettaljata iridu jintbagħtu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa, 20 ta' Novembru 2015. Dawk li huma nteressati f'dawn il-pożizzjonijiet jistgħu jiksbu aktar informazzjoni mill-Gazzetta tal- Gvern ppublikata fis-6 ta' Novembru 2015. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=127. Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment 2014-2020 Din il-pożizzjoni tista' tiġi parzjalment iffinanzjata mill-UnjoniEwropea Kumpanija ordnata tħallas €7,000 wara li ħalliet nofs Malta bla dawl B. Grima and Sons Limited ġiet ordnata tħallas €7,000 lill-Enemalta għall-ħsara li kkawżat ħsara f 'cable tad- dawl waqt xogħol fit-triq. Il-kumpanija kienet rebħet tender li nħareġ minn Transport Malta biex tinstalla sinjali tat-traffiku fi Triq Durbumblat f 'Ta' Qali. Parti mix-xogħol tagħhom kien jinkludi wkoll l-installazzjoni ta' crash barriers. Il-Qorti semgħet kif f 'Diċembru tal-2010, meta l-ħaddiema kienu qed iħaffru biex ikunu jistgħu jinstallaw il-crash barriers, ġew avviċinati minn żewġ uffiċjali tal-Enemalta, wara ftit ħin. Dawn qalulhom li l-parti l-kbira tat-tramuntana ta' Malta ma kellhiex dawl u li kellhom suspett jekk dan kienx minħabba x-xogħol li kien għaddej f 'din l-istess triq. Wara investigazzjoni, l-uffiċjali tal-Enemalta kkonfermaw li x-xogħol li kien għaddej f 'Ta' Qali kien il-kawża għalfejn inqata' d-dawl. It-tiswijiet fuq il-ħsarat fuq żewġ partijiet tal-cable kienu jiswew €7,000. Il-kumpanija spjegat li qabel ma setgħet tibda x-xogħol, kella titlob permess lill- Kunsill Lokali. Intqal iżda li dan il-permess qatt ma ħareġ u minflok kellhom biss dokument mhux iffirmat. Il-każ deher quddiem il-Maġistrat Francesco Depascuale. Jitolbu kumpens wara li waqgħet qasrija fuq il-karozza tagħhom Koppja fetħet kawża fil- Qorti fil-konfront ta' Blue Sea Limited, li tissupplixxi l-lukanda St George's park Hotel f 'San Ġiljan u qed titlob kumpens ta' €12,000. Dan wara li nhar it-12 ta' Marzu ta' din is-sena, James Zammit mar lejn il-karozza tiegħu li kienet ipparkjata qrib l-istess lukanda, u sab li s-saqaf tal-karozza tiegħu kien mgħattan b'daqqa kbira. Zammit, li kien lest biex iwassal lil martu l-ajruport, innota li qrib il-karozza fl-art, kien hemm qasrija. Fix-xhieda tagħha fil-Qorti, Marcel Zammit qalet li meta hi u żewġha raw il-qasrija fl-art, avviċinaw uffiċjal tas- sigurtà biex jikkonfermaw jekk il-qasrija hix tal- lukanda. L-uffiċjal spjegalhom li l-qasrija waqgħet minn gallerija fis-sitt sular. Ir-raġel qal li rappreżentati mill-kumpanija tal- assigurazzjoni kien qallu li l-valur tal-karozza kien ta' €12,000. Huwa żied jgħid li l-lukanda hija sinonima ma' inċidenti simili u semma' kif darba kien ra żgħażagħ fil-lukanda iwaddbu sett tat- televixin lil xulxin. L-avukat Robert Montalto deher għall-koppja. Anzjan jhedded li jaqta' ras il-mara u jpoġġiha fuq platt pEnSjonant ta' 67 sena li għadu jaħdem, tressaq il-Qorti akkużat li hedded lis-sieħba tiegħu u qal lill-pulizija li sejjer jaqtagħlha rasha u jpoġġiha fuq platt. L-akkużat, li jgħix Ħal Tarxien, deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clark fejn qal li ma kellux flus għall-avukat għax kull sold li jkollu jtih lis-sieħba tiegħu li għandha żewġt itfal. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għal-libertà proviżorja fuq l-akkużi ta' theddid u li kien fis- sakra fil-pubbliku. L-avukat Joe Ellis deher għall- akkużat. Aħbarijiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015