Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Aħbarijiet Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalità ta' Ħajja Aħjar Avviż parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Rata ta' kofinanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-Futur Tiegħek Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ – It-II sejħa Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l- Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar it-tnedija ta' sejħa għal proposti ta' proġetti minn Ministeri, Dipartimenti Governattivi, Awtoritajiet tal-Gvern Ċentrali u Kumpaniji tas-Settur Pubbliku. Din is-sejħa tagħlaq nhar il-Ġimgħa 8 ta' April 2016 f'nofsinhar u se tikkontribwixxi għall-Assi Prijoritarji u l-Prijoritajiet ta' Investiment elenkati hawn taħt: Ass Prijoritarju 2 – 'Il-konsolidazzjoni tal-investiment fi ħdan is-settur tal-ICT' Prijorità ta' Investiment (PI) 2c – It-tisħiħ tal-applikazzjonijiet tal-ICT għall-gvern elettroniku, tagħlim elettroniku, inklużjoni elettronika, kultura elettronika u struttura tas-saħħa elettronika. Ass Prijoritarju 8 – 'L-investiment lejn soċjetà aktar soċjalment inklużiva' Prijorità ta' Investiment (PI) 9a – L-investiment fl-infrastruttura tas-saħħa u soċjali, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp nazzjonali, reġjonali u lokali, għat-tnaqqis ta' inugwaljanzi f'termini ta' stat ta' saħħa, il- promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz tal-aċċess imtejjeb għal servizzi soċjali, kulturali u rikreattivi u għat-tranżizzjoni minn servizzi istituzzjonali għal dawk ibbażati fuq il-komunità. Prijorità ta' Investiment (PI) 9b – Għoti ta' appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta' komunitajiet fil-bżonn li jinsabu f'żoni urbani u rurali. Ass Prijoritarju 9 – 'L-iżvilupp tal-futur tagħna permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja' Prijorità ta' Investiment (PI) 10a – L-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għall- ħiliet u l-edukazzjoni tul il-ħajja bl-iżvilupp ta' infrastruttura għall-edukazzjoni u għat-taħriġ. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti hija disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (Taqsima PPCD). Id-dokumentazzjoni ta' sostenn inklużi n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà, in-noti ta' gwida dettaljati u n-noti ta' gwida dwar l-indikaturi marbuta ma' din is-sejħa huma disponibbli wkoll fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls (Taqsima PPCD). Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm Operattiv I disponibbli fuq l-istess sit u n-noti ta' gwida dwar l-eliġibbiltà sabiex jivverifikaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament permezz ta' din is-sejħa għall-proposti ta' finanzjament. Ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni għal applikanti prospettivi. L-applikanti huma mistiedna jirreġistraw għal dawn is-sessjonijiet billi jimlew il-formola ta' reġistrazzjoni (disponibbli fuq http://eufunds.gov.mt/opencalls) mhux aktar tard mit-Tnejn 11ta' Jannar 2016 f'nofsinhar. Id-dati u s-suġġetti li ser jiġu diskussi huma dawn: Il-Ħamis 21 ta' Jannar 2016 (ħarsa ġenerali); it-Tlieta 26 ta' Jannar 2016 (kif tapplika onlajn); it-Tlieta 2 ta' Frar 2016 (kif tippjana proposta għal proġett); il-Ġimgħa 12 ta' Frar 2016 (kif timplimenta proposta ta' proġett) Sessjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu organizzati skont it-talbiet. Aktar tagħrif u mistoqsijiet ġeneriċi dwar din is-sejħa u fuq il- Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt jew minn fuq l-indirizz elettroniku tal-PPCD għas-Sejħiet għal Proposti 2014-2020: info.eufunds@gov.mt. Kundanna mis-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista fil-konfront tas-Sindki Nazzjonalisti Is-sezzjonI Kunsilliera tal- Partit Laburista fi stqarrija ikkundannat l-aġir tas-sindki nazzjonalisti fil-laqgħa tas-sindki u Viċi sindki li saret ilbieraħ ġewwa l-Palazz Verdala. Fost it-temi li ġew diskussi f ' din il-laqgħa kien hemm ir- riforma tal-Gwardjani Lokali u t-twaqqif tal-Aġenzija LESA li issa qed topera' din is-sistema. Hekk kif kienet ser issir l-introduzzjoni mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija, is-Sur Ray Zammit, is- Sindki Nazzjonalisti telqu 'il barra għax qalu li ma kienux ikkonsultati fuq din ir-riforma. Dan mhux minnu tant li l-membru tal- Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, is-Sur Mario Fava, ikkonferma li hu attenda diversi laqgħat f ' isem l-Assoċjazzjoni dwar dan is-suġġett u anki infroma lil kumplament tal-Eżekuttiv, inkluż il-membri Nazzjonalisti f 'iktar minn żewġ laqgħat separati tal-Eżekuttiv. Jekk dawn ma kienux ikunu preżenti għal-laqghat, dan hu biss tort tagħhom u mhux għax ma saritx konsultazzjoni magħhom. Waqt l-istess laqgħa tas- Sindki u Viċi Sindki, ġie mressaq vot ta' kundanna għal dan l-atteġġjament partiġġjan tas-Sindki Nazzjonalisti, liema vot għadda unanimament. Is-Sezzjoni Kunsilliera, permezz tal-President tagħha Mario Fava tkompli tgħid li dan mhu xejn għajr kontinwazzjoni tan- negattivita' li qed juri l-Partit Nazzjonalista' f ' kull ħaġa li jipprova jibdel il-Gvern preżenti. Ifakkar ukoll li l-Gvern għandu mandat ċar biex iwettaq din ir-riforma għaliex kienet parti mill- programm elettorali tal-istess Partit. Is-Sezzjoni Kunsilliera ittemm l-istqarrija tagħha billi tgħid li hi tinsab konvinta li l-atteġġjament tas-Sindki Nazzjonalisti mhux biss imur kontra l-interessi tar-residenti tagħhom imma wkoll huwa instigat minn mottivi politiċi ulterjuri partiġġjani, li permezz tagħhom iridu jieħdu lil pajjiżna 40 sena lura f ' dak li hi politika nadifa u onesta'. L-istudenti tal-mediċina jżuru lil Chris Fearne f 'Palazzo Castellania "Huwa importanti li kuljum tibqgħu tistudjaw u titgħallmu ħalli dejjem toffru l-aħjar servizz lill-pazjent." Dan qalu s-segretarju Parlamentari għas-saħħa, Chris Fearne, waqt li din il-ġimgħa, żaruh l-istudenti tal- mediċina li fil-jiem li ġejjin se jkunu qegħdin jiggradwaw bħala tobba mill-università ta' Malta. Waqt iż-żjara li t-tobba l-ġodda għamlu f 'Palazzo Castellania, Fearne fakkar liż-żgħażagħ dwar ir- responsabbiltajiet li jġorru magħhom bħala tobba. Fearne tkellem ukoll fuq l-opportunitajiet li qiegħed jesponi ruħu għalihom il- qasam tas-saħħa. "Se jkollna opportunitajiet kbar mhux biss ta' impjieg għalikom tobba ġodda bil- proġetti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar San Luqa, iżda wkoll ta' tagħlim u riċerka permezz tal-iskola medika Barts u l-isptar privat Ġwanni Pawlu u l-kollaborazzjoni mal- Università La Sapienza," qal Fearne. Il-President Sezzzjoni Kunsilliera PL Mario Fava

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015