Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 23 Editorjal ILLUM, MedIaToday LTd, VjaL Ir-rIĦan, San Ġwann SĠn 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt It-terrur li se jqawwi qalb l-Ewropa I l-Ġimgħa 13 ta' Novembru 2015 se tibqa' msemmija, għad-deċenji li ġejjin, bħala dik il-ġurnata li matulha, il- valuri tad-demokrazija u l-libertà kienu mhedda. Se tibqa' mfakkra bħala dik il-ġurnata li fiha rebaħ il-ħażen, rebaħ l-estremiżmu u rebaħ il- fundamentaliżmu qerriedi. Imma l-istorja għad trid tiġġudika lill-Ġimgħa 13 ta' Novembru 2015 bħala dak il-jum li fih, iffaċċjat minn forzi tal-ħażen, il-poplu Franċiż flimkien mal-popli kollha Ewropej qam u qal issa daqshekk. Issa daqshekk terrur, issa daqshekk għal min jaħseb li jista' juża x-xabla u lil Alla biex jimponi fuq ħaddieħor. Issa daqshekk għall-forzi tad-dlam li jaħsbu li jistgħu jidfnu snin twal ta' demokrazija u sekulariżmu li l-Ewropa tant tgħożż, wara li anke hi, fi snin imbegħda, kienet vittma ta' dawn it-tip ta' assolutiżmi. Illum l-Ewropa qed tiġġieled kontra forza malinna li tuża r-reliġjon biex tgħassar u tgħakkes, kif ukoll tbiċċer lil kull min ma jaqbilx magħha, saħanitra Musulmani stess. Dak li qed naraw quddiemna huwa l-użu tar-reliġjon fl-aktar forma vulgari u pervertita għax qed tuża s-simbolu tal- imħabba u t-tjubija biex ixxerred id-demm. Alla huwa imħabba, jemmnu l-Kristjani u anke l-Musulmani, allura dak kollu li jiddevja u jmur il-kontra tal-imħabba huwa intrinsikament malinn, ħażin u aborrenti. F'dan il-mument ta' sogħba, din il-gazzetta flimkien mal-midja kollha internazzjonali tagħti l-appoġġ lill-forzi tad-demokrazija u tagħti wkoll l-appoġġ bla ebda kundizzjoni lil dawk il- miljuni kbar li jemmnu fi stat sekulari, fejn l-istat u r-reliġjon huma neċessarji u importanti, imma diviżi. Imma aktar minn hekk, l-ILLUM tixtieq testendi s-solidarjetà tagħha lil żewġ gruppi ta' nies partikolari. L-ewwel u qabel kollox lejn dawk il-familji li tħallew f 'wied tad-dmugħ hekk kif qrabathom jew anke wliedhom sfaw vittmi tat-terrur u ta' nies bla skrupli. Ma' dawn, aħna l-Ewropej midjunin. Midjunin biex nagħtu s-soluzzjonijiet u biex kif qal Hollande, nkunu bla ħniena ma' dawk li qed jheddu l-valuri u l-istil ta' ħajja tant għażiża għalina. M'hemmx lok għad-diplomazija. Ma' min hu barbaru, ma' min juża x-xabla biex ibiċċer mingħajr ħniena ma tistax tuża l-għodda tad- diplomazija. Lil dawk li tilfu ħajjithom, l-Ewropa trid tagħtihom messaġġ ċar, li demmhom ma ċarċarx ta' xejn. Imma l-ILLUM tixtieq testendi s-solidarjetà wkoll ma' dawk il-miljuni kbar ta' Musulmani ta' rieda tajba, ta' qalb ġeneruża u ta' umanità ġenwina li bħalissa jinsabu umiljati. Jinsabu umiljati minn grupp ta' terroristi kriminali li qed jużaw il-Quran biex iwettqu attroċitajiet li konna ilna ma naraw snin twal. L-akbar għadu tal- umanità reġa' twieled mill- ġdid u qiegħed magħna, imma kif il-ħażen kiel lilu nnifsu fit-tmiem tat-tieni gwerra dinjija, hekk se jerġa' jiġri illum. Għax il-poplu Ewropew li għex gwerrer, faqar, tiranniji, inkwiżizzjoni u ġuħ, żgur li mhux se jaqta' qalbu llum. Illum nsellmu lil Franza u lill-Franċiżi, imma speċjalment lil Pariġi, il-belt li qed issir dejjem aktar is-simbolu ta' reżistenza u qawwa. Pariġi, il-belt li dejjem aktar qed tissimbolizza ir-ruħ Ewropea. Kif qal Hollande: Franza ma titkisser qatt. Vous ne serez pas nous briser. Nous sommes indestructibles.