Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 15 Djamant fil-baħar iridu iżda serħan il-moħħ "ĠWANNINU" L-ewwel Rock-Opera Għawdxija mill-ġdid wara tletin sena Fl-okkażjoni tat- tieni mitt sena mit-twelid ta' San Ġwann Bosco, patrun tat-tfal u taż- żgħażagħ, fil-ġimgħat li ġejjin, l-oratorju Don Bosco t'Għawdex se jtella' mill-ġdid 'ĠWanninU', l-ewwel Rock-opera Għawdxija. Din ir- Rock-opera oriġinali tirrakkonta l-istorja ta' San Ġwann Bosco permezz tal-mużika, kant u żfin. B'mużika oriġinali ta' Stephen Attard, fuq storja u lirika ta' Effie Masini u Emanuel Cordina, 'ĠWANNINU' kien ittella' għall-ewwel darba tletin sena ilu, u kien inħadem fuq il-palk għal numru rekord ta' 44 darba fl-1985 u fl-1988. Fl-istorja tax- xandir lokali 'ĠWANNINU' kien sar ukoll l-ewwel film mużikali li ġie ffilmjat 'on location' għat-televiżjoni lura fl-1988. L-istess film mużikali kien ixxandar ukoll fuq it-televiżjoni fl- Italja, fi Spanja, fil-Kanada u fl-Awstralja fl-1989. Issa fl-okkażjoni tas-sena biċentinarja ta' San Ġwann Bosco, din ir-Rock-Opera ġiet riveduta u rekordjata mill-ġdid, din id-darba fl-istudjos ta' Philip Vella fil-Mellieħa. It-tħejjijiet għall-produzzjoni tagħha fuq il-palk issa jinsabu fl- aqwa tagħhom. Il-karattri ewlenin fi 'ĠWANNINU' qed jiġu interpretati minn Mario Caruana u Nathan Cini. Kantanti oħra jinkludu Pamela Bezzina, Noel Galea, Ruth Portelli u Joseph Refalo flimkien ma' kast ta' 'l fuq minn mitt persuna bejn kantanti, atturi u żeffiena. Id-direzzjoni mużikali tħalliet f 'idejn l-istess kompożitur tar-rock-opera Stephen Attard, filwaqt li d-direzzjoni artistika hija f 'idejn Gordon J. Grech. 'ĠWANNINU' huwa spettaklu ta' sagħtejn mużika, kant u żfin, u ser jittella' fit-teatru tal-Oratorju Don Bosco t'Għawdex illum il-Ħadd 15 ta' Novembru fis-2.30pm (matinee show), u mill-ġdid is-Sibt 21 ta' Novembru fis-7.30pm. Se jsiru wkoll xi spettakli oħra għat-tfal tal-iskejjel. Il-biljetti għal dan l-ispettaklu mużikali jistgħu jinkisbu mill-Oratorju Don Bosco t'Għawdex, jew inkella billi wieħed iċempel fuq in-numri 21556616 jew 99487751. Il-booking jista' jsir ukoll permezz ta' l-indirizz elettroniku odbgozo@yahoo.com Ġurnata ta' skola bla uniformi għal Milied f 'Għawdex il-MilieD f 'Għawdex se jibda bl-ewwel inizjattiva li mhix tas-soltu li ġiet msejħa World Childrens' Day. Għall- ewwel darba, l-iskejjel kollha ta' Għawdex, kemm tal-gvern kif ukoll tal-knisja ingħaqdu flimkien u organizzaw uniform free day bil-għan li jinġabru fondi għal Puttinu Cares. Dan ifisser li fl-20 ta' Novembru, it-tfal se jmorru l-Iskola bla uniformi. Dan filwaqt li fl-iskejjel rispettivi tagħhom dawn se jorganizzaw diversi attivitajiet biex jinġabru fondi għal Puttinu. Is-somma li tinġabar se tingħata waqt quddiesa li se tkun ċelebrata mill-isqof t'Għawdex f 'ġieħ iċ-ċkejkna Leah li mietet bil-kanċer. Il-quddiesa se ssir fil-11 ta' Diċembru fis-Santwarju Ta' Pinu. Universal Children's Day MINISTRY FOR GOZO CHRISTMAS IN GOZO Further information please visit: www.christmasingozo.com or our facebook page Christmas in Gozo A uniform free day will be held in aid of Puttinu Cares All donations will go towards this cause and will be presented on the 10 th December during a general mass at Ta' Pinu. 20 th November, 2015 www.visitgozo.com Iżda dawk li studjaw għal għalliema, għal avukati, l-IT, periti u mħuħ oħra, mhux qed isibu xogħol f 'Għawdex. Iż-żgħażagħ tal-moħħ qed jitilqu lejn Malta jew anke barra x-xtut ta' Malta u ma jirritornaw qatt lejn Għawdex ħlief biex iżuru lil qrabathom, dik l-hekk imsejħa 'brain drain'. L-Għawdxi jrid iserraħ moħħu li meta l-isptar isir privatizzat, mhux biss ikun hemm garanzija għall-impjiegi li nemmen li se jkun u forsi anke b'kundizzjonijiet aħjar, iżda li l-pazjent Għawdxi jkun stmat daqs dak li jkun qed iħallas il-belli liri u jkun qiegħed fl-istess sala miegħu. Tgħid dak li jħallas il-belli liri se jiġi trattat aħjar? Tgħid il-pazjent Għawdxi jekk ikun hemm xi ħadd jistenna sodda, se jintbagħat id-dar kmieni biex is-sodda tiegħu jeħodha l-ieħor li se jħallas? Dan hu s-serħan tal-moħħ tal- Għawdxi li l-politiku Malti jrid jigarantixxi. Qed insemmi l-politiku Malti għax dak Għawdxi, dawn l-affarijiet jaħsibhom. Għax il-politiku Għawdxi jaf eżatt x'inhi l-mentalità u l-kultura oriġinali tiegħu. Għalhekk il-politiku Għawdxi wkoll irid li dawk Maltin jaħsbu bis-serjetà fl-Għawdxin. U mhux jarawhom biss voti li jistgħu jakkwistawhom meta jiġu bżonnhom billi jwegħduhom il-kastelli fl-arja. Il-politiku Għawdxi għandu bżonn iżjed finanzi biex jaqdi lill-Għawdxi li tant għandu bżonn għajnuna minħabba l-insularita doppja li jgħix fiha. Li forsi ħafna ma jafux hu li l-Għawdxin anke jekk ma jkunux jaqblu politikament, parrokkjalment jew idealment, xorta kapaċi jieħdu front wieħed fejn jidħol Għawdex u l-Għawdxin. U dan esperjenzajtu jien stess, fejn fuq iż-żewġ naħat hemm politiċi li moħħhom biss kif se jirranġaw Għawdex għall- Għawdxin. U l-Għawdxi jaf jagħżel bejn il-politiċi li jħobbu lil Għawdex kollu minn dawk li jħobbu biss ammont ta' Għawdxin li jassiguralhom siġġu fil-parlament. L-Għawdxi jaf jagħżel u dan tah prova matul iż- żminijiet u l-elezzjonijiet. Hawn tgħallimt li Għawdex la hu ta' partit u lanqas ta ieħor. Għawdex hu biss tal- Għawdxin u l-bilanċ tal-voti tmur lejn dawk li joffrulhom bis-serjetà serħan il-moħħ, xogħol u flus fil-but. Forsi l-Għawdxi kultant jingħad li jippretendi wisq mill-Ministru u mill-Gvern, iżda wieħed irid jiftakar li kull ministru u gvern ippretenda wisq mill- Għawdxi, tant li ż-żewġ partiti fetħu l-kampanji tagħhom minn Għawdex. Naħseb li għamlu dan għax raw il-potenzjal tal- Għawdxin . Bħalissa f 'Għawdex teżisti arja ta' 'feel good factor', għax in-negozju sejjer tajjeb, għax it-turiżmu żdied, għax l-industrija tal-kostruzzjoni qed tifjorixxi. Iżda biex dan ikompli sejjer b'mod sostenibbli trid taħseb ukoll għall-futur u għal dawk l-imħuħ taż-żgħażagħ li qed jitbiegħdu minn din il-gżira djamant, għax l-ebda triq fil-baħar mhu se ġġibhom lura. "Forsi l-Għawdxi kultant jingħad li jippretendi wisq mill- Ministru u mill-Gvern. Iżda wieħed irid jiftakar li kull ministru u gvern ippretenda wisq mill-Għawdxi" "Il-politiku Għawdxi jaf eżatt x'inhi l-mentalità Għawdxija u jrid lil dak Malti jaħseb bis- serjetà fl-Għawdxin u mhux jarahom biss voti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015