Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

WARA snin twal fejn ma kien hemm l-ebda tibdil fil-formularju tal-gvern fejn jidħlu mediċini tad-dijabete, issa l-mediċini gliptins se jkunu qegħdin jiżdiedu fil-formularju. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne f 'konferenza tal-aħbarijiet fl- okkażjoni tal-ġurnata dinjija għad-dijabete. "Permezz ta' din l-inizjattiva, madwar 5,000 pazjent li ta' kull xahar kien qed ikollhom jixtru din it-tip ta' mediċina għad- dijabete tip 2 u li għandhom il-kartuna s-safra , se jkunu qegħdin jieħdu din il-mediċina b'xejn," żied jgħid Chris Fearne. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li l-policy nazzjonali għad-dijabete hija lesta u se tkun qed tiġi ppreżentata fil-ġimgħat li ġejjin. Permezz ta' din il-policy is-servizzi tas- saħħa għad-dijabetiċi se jkunu aktar aċċessibbli. "Qiegħed ukoll isir studju dwar id-dijabete f 'pajjiżna f 'kollaborazzjoni bejn id- Dipartiment tas-Saħħa, l-Università ta' Malta u l-Alf Mizzi Foundation, biex ikun deterimat l-istil ta' ħajja tad- dijabetiċi f 'Malta u liema huma dawk l-użanzi li l-aktar jistgħu jwasslu għad-dijabete," qal Fearne. Dan l-istudju qiegħed isir minn Dr Sarah Cuschieri. F'Malta huwa stmat li persuna minn kull għaxra hija dijabetika. Għall-konferenza tal- aħbarijiet attendew ukoll il-Professuri Stephen Fava u Joanne Vassallo. Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 9 Aħbarijiet ACCESS TO EMPLOYMENT – REMOVING BARRIERS TO EMPLOYMENT – You open your doors to those who are more challenged and we will pay you a subsidy of €85 per week per new recruit for 24 weeks or for 52 weeks or for 104 weeks, or a subsidy of €125 per week for as many as 156 weeks in the case of registered disabled person! For more information contact ETC on 2220 1399 or a2e.etc@gov.mt or visit our website www.etc.gov.mt. EMPLOYMENT AID FOR 2014-2020 €2.4 MILLION FOR SALARY SUBSIDIES EACH YEAR It pays to employ! GRANTS TO PROMOTE EMPLOYMENT FOR ALL TARGET GROUPS: NOW OPEN FROM 2 ND NOVEMBER 2015 Mediċini b'xejn għal 5,000 pazjent tad-dijabete Qabda ta' 34,743 flixkun tax-xorb f 'Blata l-Bajda TFITTXIJA ġo maħżen fi Blata l-Bajda minn uffiċjali tad-Dwana mis- Sezzjoni tal-Infurzar wasslet għal qabda kbira ta' xorb alkoħoliku li fuqu ma kienetx imħallsa t-taxxa tas-Sisa. F'din il- ħidma ġew maqbuda xejn inqas minn 2,634 flixkun liqueur, 2,280 flixkun vermouth, 2,616 flixkun vodka, 552 flixkun whisky u 26,661 flixkun inbid. Kwantita' kbira oħra ta' xorb mhux alkoħoliku fi fliexken fosthom energy drinks, ice-tea u ilma ġew ukoll maqbuda sabiex jiġi kkonfermat jekk t-taxxa tas-sisa kienetx imħallsa jew dovuta. Il-Pulizija mis-sezzjoni tar-Reati Ekonomiċi kienu nformati bil-każ u marru fuq il-post. Investigazzjonijiet konġunti bejn id-Dwana u l-Pulizija għadhom għaddejjijn. Sadanittant f 'ħidma oħra mill-uffiċjali tad- Dwana mis-sezzjoni tal-Infurzar, ġew maqbuda 321 hamper peress li kien fihom xorb alkoħoliku li fuqu ma kienetx tħallset it-taxxa tas-Sisa. Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjijn ukoll. Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015