Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 7 Aħbarijiet 'Ipproduċu fl-Afrika biex toħolqu x-xogħol għall-Afrikani' Ġurnalist mill-Gambja jgħid li biex is-summit ikun storiku, il-mexxejja jeħtieġ iżommu kelmthom minn Albert Gauci Cunningham Il-Valletta Summit li tlaqqa' din il-ġimgħa fil-Belt Valletta kien opportunità forsi unika, biex nisimgħu mhux biss il-qanpiena ewropea dwar is-suġġett, imma wkoll dik afrikana. l-IllUM tkellem ma' lemin Kanteh, ġurnalist tal- eYe africa mill-Gambja, li spjega kif dak li jridu u li jixtiequ l-afrikani mhux li l-ewropej jibqgħu jiddiskutu x'se jiġri meta immigrant afrikan jidħol fl-ewropa, iżda x'jista' jsir biex immigrant afrikan lanqas ikollu għalfejn jitlaq minn pajjiżu. "Ix-xogħol," wieġeb b'mod skjett lemin meta l-IllUM staqsa x'tista' tkun is-soluzzjoni li tibda tindirizza l-immigrazzjoni. "Dan hu li nistenna li joħroġ minn dan is-summit", kompla l-ġurnalist, "li jkun hemm aċċenn qawwi ħafna fuq il-bżonn li jinħoloq ix-xogħol fil-kontinent Afrikan." L-ILLUM staqsa lil Lemin kif jaħseb li l-Unjoni Ewropea tista' tgħin biex jibda jinħoloq ix-xogħol, bir- risposta tkun, "ipproduċu fl-Afrika biex toħolqu xogħol għall-Afrikani." Mitlub jespandi fuq dan l-argument, il-ġurnalist mill-Gambja spjega kif bħalissa, kumpaniji Ewropej qed imorru l-Afrika jieħdu l-materja prima, jipproduċu fl-Ewropa, imbagħad ibigħu l-prodotti fl-Afrika. "Kemm inħoss li jkun jagħmel aktar sens kieku l-kumpaniji Ewropej jużaw il-materja prima Afrikana u jipproduċu fl-Afrika. B'hekk nibdew noħolqu l-impjiegi li tant għandna bżonn fil-kontinent Afrikan." Dwar dan is-suġġett huwa jtemm jgħid li "jekk ikollna x-xogħol, jekk ikollna l-fabbriki, ħajjitna ssir aktar faċli u jkollna l-bżonnijiet ta' kuljum." Il-Mexxejja ewropej jeħtieġ iżommu kelmthom Intant mistoqsi direttament dwar il-Valletta Summit u kif iħoss li dan se jkun differenti, Lemin ma tantx idur mal-lewża u jagħmilha ċara li biex il-Valletta Summit ikun verament differenti, il-mexxejja jridu jżommu ma' dak li jwiegħdu. Il-miżuri li jwiegħdu jridu jkunu jorbtu, jekk il-miżuri li jwiegħdu l-poltiċi jkunu jorbtu, mela allura, kompla jgħid Lemin, dan is-summit ikun storiku. L-ILLUM jistaqsi dwar il-kwistjoni ta' fondi. "Diversi nies, anke f 'Malta jakkużaw lill-pajjiżi Afrikani li ħadu ħafna f 'fondi iżda m'għandhomx x'juru għal dak li ħadu, kif twieġeb?" staqsa l-ILLUM. "Mhux veru," irrisponda mill- ewwel Lemin, "anzi ngħid li l-Ewropa u pajjiżi oħrajn mhux qed jagħtu biżżejjed f 'dak li hu finanzi." "Jekk ikollna x-xogħol, jekk ikollna l-fabbriki, ħajjitna ssir aktar faċli u jkollna l-bżonnijiet tagħna ta' kuljum" 'L-Afrikani inqas importanti għax suwed u foqra' Intant l-IllUM tkellem ukoll ma' ġurnalista mill-Kamerun li kellha kliem iebes ħafna għall- ewropej. "Għall-ewropej, l-afrikani huma nies tat-tieni klassi," saħqet Marie Roger li taħdem mal-magażin 'International africa'. Mistoqsija biex tisustanzja l-akkuża, hija spjegat kif minkejja x-xokk li esprimew tant ewropej mal-mewt ta' tifel, bil- ġisem mejjet tiegħu jitla' mal-kosta tat-turkija, "is- sens ta' xokk kien nieqes hekk kif mijiet ta' afrikani kienu qed imutu kuljum fil-Mediterran. Għaliex?" Hija tgħid li hemm ħafna kaġuni għalfejn l-immigrazzjoni mill-Afrika kibret tant, iżda tagħti xi ftit tat-tort lil xi pajjiżi tal- punent ukoll. "Ħarsu lejn is-Senegal. Negozji kbar mill-Ġappun u l-Ewropa daħlu, ħadu l-ħut kollu biex jagħmlu n-negozju u ħallew lin-nies tas-Senegal, li ħafna jiddependu mis-sajd, b'xejn." Marie-Roger kellha kliem ta' kritika wkoll lejn il-mod kif ċerti mexxejja poltiċi ħelsu minn Gaddafi fil- Libja "biex ara x'ġara issa. Taħwid sħiħ u pajjiż li sar miftuħ għal kulħadd, b'kaos li qed iħalli art fertili." "Is-sens ta' xokk kien nieqes hekk kif mijiet ta' Afrikani kienu qed imutu kuljum fil- Mediterran. Għaliex?" Lemin Kanteh, ġurnalist mill-Gambja Marie Roger li taħdem mal-magażin 'International Africa'