Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 19 jkun qed jagħti servizz lid-demokrazija. Wasal iż-żmien li nibdew paġna ġdida u nindirizzaw din il- kwistjoni b'maturità. F'dan l-isfond, il-klassi politika għandha fuqhiex taħdem għax f 'Jannar li għadda ġew żvelati l-proposti li għamlet il-kummissjoni maħtura mill-Prim Ministru Muscat ftit wara li assuma l-poter f 'Marzu 2013. Din il-kummissjoni kienet magħmula mill-Ombudsman, il- Kummissarju Elettorali u l-Awditur Ġenerali. Minkejja li dan ir-rapport jidher li ma ġiex ippubblikat, ħaġa li mhi posittiva xejn, skond is-Sunday Times li b'xi mod rat kopja ta' dan ir- rapport, din il-Kummissjoni pproponiet żieda qawwija fis-salarju tal-Prim Ministru minn €50,000 għal €95,000, ta' Ministru minn €44,000 għal €73,000, ta' Segretarju Parlamentari minn €42,000 għal €70,000 fil-waqt li l-onorarju ta' deputat għandu jiżdied minn €20,000 għal €60,000. Ma nara xejn skandaluż f 'dawn il-figuri u jeħtieġ li l-klassi politika turi kuraġġ u tadottahom sabiex tissaħħaħ it-trasparenza fil-ħajja pubblika. Il-Kummissjoni wkoll ipproponiet li l-pensjoni tas-servizz li l-parlamentari huma pprivileġjati b'li huma biss għadhom igawdu għandha tispiċċa. Wieħed jistenna wkoll li deputati jibdew jiddedikaw il-ħin u l-enerġija tagħhom lill-ħajja parlamentari biss u ma jibqa' jkollhom l-ebda inkarigu fl- eżekuttiv, anke jekk permess mil-liġi u l-anqas fil-ħajja privata jew fil-professjoni tagħhom. Jekk irridu verament insaħħu d-demokrazija parlamentari, din hi t-triq li rridu nieħdu. Imma sfortunatament wieħed ma tantx hu kunfidenti li t-triq 'il quddiem ser tkun daqshekk faċli. Wisq probabbli li din il-kwistjoni delikata tispiċċa ballun f 'saqajn il-partiti minħabba kunsiderazzjonijiet tattiċi li ma jagħmlux ġieħ il- missjoni li qegħdin jaqdu fis-soċjetà demokratika. Ejjew ma noqogħdux lura biex insaħħu r-rwol tal-parlamentari li huwa daqshekk meħtieġ sabiex tikkontrolla l-operat tal- eżekuttiv. U b'hekk anke d-demokrazija tagħna. tad-Demokrazija Opinjoni "Cassar għażel li jagħlaq kwistjoni li ċertament kienet, jekk xejn, imbarazzanti għalih, b'li jwettaq ġest onorevoli u jiriżenja minn deputat parlamentari" "L-elettorat irid japprezza li min jirrappreżentah u jmexxih għandu jkun ikkumpensat adegwatament" L-eks deputat tal-PN Joe Cassar li rreżenja wara rapporti li aċċetta xogħolijiet f 'daru minn Gaffarena