Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
TREN Franċiż ta' veloċita qawwija ħarġet minn fuq il-linji tagħha ħdejn il-belt ta' Strasbourg f 'belt ċkejkna Ġermaniża mal-fruntiera Franċiża, Eckwersheim. F'dan l-inċident traġiku ieħor li laqat lil Franza ilbieraħ, mietu 10 persuni u feriet 32 oħra. Dan l-inċident ġara waqt test li kien qed isir fuq linja ġdida ferrovjarja li tieħu minn Pariġi għal Strasbourg. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet AFP ir- raġuni li ngħatat hi li l-veloċità li kienet għaddejja t-tren kienet waħda eċċessiva wisq, bil-koonsegwnza li tali tren inqaleb minn mal-linji. Ritratti tat-traġedja juru li l-vaguni tat-tren spiċċaw f 'kanal. Din il-linja kienet skedata li tiftaħ fil-bidu tas-sena d-dieħla. Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 11 KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TAL-ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. TECHNICAL SERVICES OFFICER PERMESS TAL-ETC: 117/2015 It-Technical Services Ocer t-tim tas-Systems and Databases huwa responsabbli għall-amministrazzjoni ta' sistemi u databases. Tagħrif ta' sistemi bbażati fuq Linux jew Windows Server huwa kkunsidrat vantaġġjuż. Il-kandidati eliġibbli għandu jkollhom wieħed minn dawn il-kombinazzjonijjiet ta' kwaliċi jew/u esperjenza relatati mat-teknoloġija tal-informatika: i. Kwalika ta' degree (MQF Level 6 jew ogħla), f 'liema każ, esperjenza mhix neċessarja; JEW ii. Diploma -ICT (MQF Level 5 imkien ma' sena esperjenza relatata; JEW iii. Diploma -ICT (MQF Level 4) imkien ta' sentejn esperjenza relatata; JEW iv. Tliet snin esperjenza relatata. Dawk il-kandidati li ma jurux il-kompetenzi l-livell neċessarju għal-Technical Services Ocer jistgħu jkunu impjegati f 'livell ta' Associate. Iż-żewġ pożizzjonijiet jitolbu abnormal support barra mill-ħin tal-uċju fuq bażi ta' roster. Għaż-żewġ pożizzjonijiet il-kandidati huma mistennija li jkollhom etika professjonali imkien mal-ħeġġa li jiżviluppaw ruħhom dejjem iżjed l-linja tal-ICT. Għal aktar dettalji żur: www.mita.gov.mt/careers Ibgħat CV dettaljat, imkien ma' email, kopji taċ-ċertikati u ismijiet ta' żewġ referenzi inkluż l-indirizz elettroniku tagħhom sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 25 ta' Novembru 2015 fuq: careers.mita@gov.mt Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd SOLUTIONS ARCHITECT PERMESS TAL-ETC: 34/2015 Qiegħdin inttxu li nimpjegaw Solutions Architects sabiex jimplimentaw u jintegraw soluzzjonijiet kumplessi tat-teknoloġija tal-informatika, lwaqt li jassiguraw li dawn jinżammu kurrenti ma' standards industrijali u bżonnijiet tas-suq. Ir-rwol jinkludi l-amministrazzjoni avvanzata ta' sistemi, business continuity, riċerka, żvilupp u awtomizzazzjoni ta' proċessi li jassistu l-operat. Is-Solutions Architects huma rikjesti f 'dawn l-areas ta' speċjalizzazzjoni: i. Software – b'tagħrif programming languages (.net/java) u f 'solutions architecture, sistemi ta' sigurta' u metodi u standards moderni ta' awtentikazzjoni/awtorizzazzjoni. ii. Internet and Web Hosting Services – b'tagħrif dwar il-proviżjoni tal-Internet u shared Web Hosting Platforms. iii. Systems and Databases – b'tagħrif avvanzat ta' Windows Active Directory, Hyper-V virtualisation u Data Protection Manager Backup. Il-kandidati eliġibbli għandu jkollhom wieħed minn dawn il-kombinazzjonijiet ta' kwaliċi jew/u esperjenza relatati mat-teknoloġija tal-informatika: i) Kwalika (MQF Level 7) u sentejn esperjenza relatata; JEW ii) Kwalika ta' degree (MQF Level 6) u erba' snin esperjenza relatata; JEW iii) Tmien snin esperjenza relatata. Aħbarijiet Traġedja fi Franza tħalli 10 persuni mejta Raġel Ġermaniż f 'qagħda kritika wara ħabta ILBIERAĦ wara nofsinhar, għall-ħabta tal-5.30, il- pulizija ġiet mgħarrfa li kien hemm kolliżżjoni bejn xi vetturi fi Triq il-Ġnejna fl-Imġarr. Il-Pulizija mill-għassa tal-Mosta marru mill- ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ im- patt head-on bejn vettura tat-tip Mercedes Benz li kienet qed tinstaq lejn il-Ġnejna u mutur tat-tip Piaggio Vespa li kien ġej mid-direzzjoni opposta. Il-Mercedes kienet qiegħda tinstaq minn mara ta' 34 sena residenti Għajnsielem, Għawdex, fi lwaqt li l-mutur kien qed jinstaq minn raġel Ġermaniż li għandu 56 sena, li joqgħod Tas- Sliema. Fuq il-post issejħet am- bulanza li ħadet lir-raġel ta' 56 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifi kat li jinsab f'qagħda kritika. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jas- sistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.