Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Sports It-tellieqa għall-presidenza tal-FIFA Tinsab fl-aqwa tagħha t-tellieqa għall-presidenza tal-FiFa, hekk kif tabilħaqq hemm stennija kbira għall-elezzjoni biex jiġi elett president ġdid tal-FiFa, li se ssir nhar is- 26 ta' Frar, bil-kandidati ġejjin minn kull parti tad-dinja fosthom mill- afrika ta' isfel, il-Ġordan, Trinidad u Tobago, il-Liberja, l-iżvizzera u l-bahrain. U biex din il- lista tkompli tarrikkixxi ruħha, fost il-kandidati, insibu eks priġunier u Prinċep. Ir-rebbieħ bejn dawn il-kandidati se jkun qed jieħu post l-Iżvizzeru Sepp Blatter, li ġie ri-elett għall-ħames terminu tiegħu bħala president tal-FIFA f 'Mejju li għadda, għalkemm ħabbar li kien se jirriżenja minn din il- kariga ftit jiem biss wara, hekk kif allegatament, ġie akkużat li kien involut f 'każ ta' korruzzjoni. Sepp Blater kien mistenni li jżomm il-presidenza tiegħu sal-elezzjoni ta' Frar li ġej, iżda bħal Michel Platini, ġie sospiż għal 90 ġurnata, minħabba li jinsabu għaddejjin investigazzjoniiet dwaru, relatati ma' korruzzjoni. Bħalissa qed imexxi l-FIFA bħala acting-president, l-eks stilla tal-futbol fil- Cameroon, Issa Hayatou, li kien ikkontesta lil Sep Blatter għall-president tal-FIFA lura fl-2002, iżda kien ħareġ tellief. Il-FIFA bħalissa tinsab fiċ-ċentru ta' diversi kontroversji u investigazzjonijiet u qed tolqot l-aħbarijiet mhux biss sportivi, iżda anki dawk relatati mal-ġrajjiet kurrenti. Dan hekk kif l-awtoritajiet fl- Iżvizzera u anki fl-Istati Uniti, qed jinvestigaw l-involviment ta' diversi uffiċjali li għadhom iservu fil-FIFA, iżda wkoll diversi eks uffiċjali ta' din l-assoċjazzjoni minħabba allegati każijiet ta' korruzzjoni, fosthom l-allegat bejgħ, permezz ta' somom esorbitanti ta' flus, biex iż- żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja li jmiss fl-2018 u fl-2022 isiru fir-Russja u l-Qatar rispettivament. Biex jissottomettu l-kandidatura tagħhom, kull kandidat kellu jikkampanja, biex jikseb mill-inqas ħames nomini minn federazzjonijiet nazzjonali tal- futbol diversi. Barra minn hekk, kull kandidat ried ikun ilu nvolut fil-futbol b'mod attiv għal mill-inqas sentejn mill-aħħar ħames snin. Il-kandidati issa jridu jgħaddu minn test tal- etika, li hi xi ħaġa li tista' telimina xi wħud minn dawn is-seba' kandidati. Dan minħabba l-fatt li wħud mll-kandidati fil-passat riċenti tpoġġew taħt skrutinju għall- allegat involviment fl- abbużi marbutin ma' drittijiet umani, kif ukoll ma' korruzzjoni internazzjonali. Tokyo sexwale Din il- persuna meqjusa bħala biljunarju ġej mill- Afrika ta' Isfel u llum jgħodd it-62 sena. Huwa famuż l-aktar għall-protesti li kien jorganizza kontra s-sistema popolari tal-'Apartheid', ġewwa pajjiżu. Barra minn hekk huwa serva priġunerija ta' aktar minn għaxar snin fil-famuża Robben Island, flimkien ma' Nelson Mandela. Jekk huwa jiġi elett bħala president tal-FIFA, ikun l-ewwel president Afrikan ta' din l-assoċjazzjoni li tmexxi l-futbol mondjali. Il-fatt li l-Afrika, għandha xejn inqas minn 54 assoċjazzjoni nazzjonali tal-futbol li tista' tivvota f 'din l-elezzjoni, jista' jkun fattur ewlieni li jkabbar iċ- ċansijiet li Tokyo Sexwale jirbaħ din l-elezzjoni, dejjem jekk huwa jassigura l-appoġġ tagħhom. Fil- passat riċenti, huwa serva fil-kumitat tal-FIFA li jiġġieled id- diskriminazzjoni fil-futbol. Barra minn hekk, huwa kellu karriera ta' suċċess fl-industriji tal- minjieri u tal-enerġija, u huwa stmat li għandu assi ta' xejn inqas minn $200 Tokyo Sexwale Musa Bility Sheikh Salman bin Ebrahim al-Khalifa It-tmien kandidati li qed jippreżentaw ruħhom għall-elezzjoni ta' president tal-FIFA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015