Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596
4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Aħbarijiet ăĀŏ0Ěŏ+2!).1ŏĂĀāĆ Kif u fejn saru l-attakki f 'Pariġi minn Veronica Lynn Mizzi KIENU diversi l-postijiet madwar il-belt kapitali Franċiża li fihom seħħew l-attakki atroċi fil-lejl ta' bejn il-Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt kmieni filgħodu. Kienet lejla imdemmija li għalkemm seħħet fil-maġġor parti tagħha fil-qalba tal-belt, ħossha dewa mhux biss mal- pajjiż kollu imma mad-dinja kollha, fejn kienu ħafna ċittadini u kapijiet ta' stat li wrew solidarjetà mal-vittimi, l-qraba tagħhom u l-pajjiż kollu li kien jisab fi stat ta' xokk wara din it-traġedja. Dan il-lejl imdemmi għadd mal-mejta 128 persuna, u dan waqt li hemm madwar 180 persuna midruba, b'99 minnhom jinsabu f ' qagħda kritika. Ġie rappurtat kif l-aggressuri li jidher li dawk magħrufa kienu tmienja mietu, fejn seba' minnhom li qatlu lilhom infushom b'bomba suwiċida fil-postijiet diversi madwar il-belt. L-aggressur l-ieħor inqatel mill-pulizija meta daħlu jisparaw f 'raid. Il-poplu Franċiż kien solidari ferm mal-vittmi u ġie rrappurtat kif matul il-ġurnata tal-bieraħ kienu ħafna iktar mis-soltu dawk in-nies li marru biex jagħtu d-demm. L-Istadium Nazzjonali Stade de France Le Petit Cambodge u Le Carillon Rue de Charonne u l-Pizzeria Casa Nostra Is-Sala tal-kunċerti Bataclan Kollox beda fl-istadium nazzjonali Franċiż, 'Stade de France' fejn kienet qed tintlagħab il-logħba ta' ħbiberija bejn it-tim Franċiż u dak Ġermaniż. Għal din l-istess logħba kienu qed jattendu mat-80,000 ruħ fosthom il- President Franċiż Francois Hollande. Għall-ħabta tad-9.30 ta' filgħaxija nstemgħu xi splużjonijiet li ħafna nies ħasbuhom li keinu xi murtali żgħar ta' ċelebrazzjoni. Il-President ittieħed 'il barra mill-istadium bħala miżura ta' prekawzjoni. Fil-fatt barra mill- istadium kien hemm tliet terroristi li splodew lilhom infushom f 'bomba sufiċida. Hemmhekk mietet persuna waħda, flimkien mat-tliet terroristi. Fuq il-kadavri ta' dawn it-terroristi nstabu passaport Eġizzjan u wieħed Sirjan. Fi tmiem il-logħba, in-nies li kienu qed isegwu, niżlu fil-grawnd f 'mument ta' biżà sakemm isiru jafu x'jistgħu jagħmlu. Meta ħarġu, bosta nies li kienu mexjin lejn il-metrò, infexxew f 'kant spontanju tal-innu nazzjonali Franċiż 'Le Marseillaise'. It-tim Ġermaniż, li diġà kien għadda minn theddida ta' bomba fil-lukanda fejn kienu spiċċa raqad fil-grawnd stess. Tul l-attakk imdemmi fis-sala tal-kunċerti Bataclan, kien hemm attakki oħra li saru tul it-toroq Pariġini li ħallew xeni tat-twerwir. Fosthom kien hemm ir-ristorant Kambodjan, 'Le Petit Cambodge'. Hemmhekk kien hemm diversi persuni li kienu qegħdin jieklu u jiddevertu fil-bidu ta' tmiem il-ġimgħa fit-terrazzin tal-istess ristorant. Qrib dan ir-ristorant fl- istess triq, Rue Bichat, kien hemm attakk ieħor f 'bar ferm popolari maż-żgħażagħ, 'Le Carillon'. L-attakk fuq dawn il-postijiet ta' divertiment fiċ-ċentru tal-belt ħallew minn tal-inqas 14-il persuna mejta waqt li 20 indarbu fl-attakk. Sa sigħat wara l-attakk atroċi, diversi kadavri kienu għadhom fuq il-bankini u f 'dawn l-istess stabbilimenti. Is-sid anzjan tar-ristorant kien għadu fi stat ta' xokk b'dan li ġara sa sigħat twal wara l-attakk. Fil-bar 'La Belle Equipe' f 'din it-triq u fil-madwar, ukoll kien hemm vittmi ta' dan l-attakk. Hawnhekk kien hemm terrazzin li ġie 'maħsul' bit-tiri. F'dan il-post, minn tal-inqas mietu 19-il persuna, indarbu 23, li 13 minnhom huma f 'qagħda kritika. Fi triq mhux wisq bogħod, l-aaggressuri fetħu l-attakk tagħha fuq nies li kienu qed jieklu fil-pizzerija 'Casa Nostra. Hemmhekk, ġew sparati tiri fuq madwar 20 persuna fit-terrazzin tal-istess ristorant, li ħallew mal-5 persuni mejta. L-akbar massakru seħħ fis-sala tal- kunċerti Bataclan fejn kien hemm sala ppakjata bin-nies li marru biex jaraw il-grupp Amerikan 'Eagles of Death Metal'. Għall- ħabta tal-istess ħin meta seħħew l-isplużjonijiet fil-grawnd tal- futbol, tliet terroristi daħlu f 'din is-sala tal-kunċerti u hemm bdew jisparaw addoċċ. Dan l-attakk kien l-aktar li dam hekk kif in-nies, li kienu 'l fuq minn 100 nżammu fis-sala bħala ostaġġi. Persuni li kienu fil-post qalu kif it-terroristi kienu jidhru kalmi u jafu x'inhuma jagħmlu. "Kienet xena tat-twerwir, b'bombi jisplodu u iġsma mejta ma' kullimkien," qalet persuna li kienet fis-sala. Kienu diversi n-nies li ppruvaw jaħarbu mill-post, b'uħud spiċċaw anke jiddendlu minn ma' twieqi u oħrajn jaħarbu fost oħrajn li kellhom inqas fortuna u spiċċaw mejta qrib l-entratura. Qrib nofsillejl, il-forzi tas-sigurtà Franċiżi daħlu meta semgħu ħafna sparar. Hemmhekk, tlieta mit-terroristi splodew lilhom infushom waqt li r-raba' wieħed inqatel mill-istess forzi tas-sigurtà. Dan l-attakk imdemmi ħalla minn tal-inqas 80 persuna mejta u 11 midruba, li minnhom 7 kienu jinsabu f 'qagħda kritika. Kien qed jiġi rrapurtat kif wieħed minn dawn it-terroristi ġie identifikat bħala Franċiż li kien magħruf mal- pulizija.