Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 39

28 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Kummerċjali 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Training : ITIL Intermediate - Service Lifecycle: Service Operation Module – T087/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 23 ta' Novembru 2015 Provision of Training : ITIL Intermediate - Service Capability Module Release, Control and Validation – T088/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 23 ta' Novembru 2015 Provision of Training : VMware V6 Install, Congure and Manage - T089/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 25 ta' Novembru 2015 Provision of Training : RED HAT Version 7 Certied System Administrator - T090/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 25 ta' Novembru 2015 Provision of Training : CWNA – Certied Wireless Network Administrator – T091/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 27 ta' Novembru 2015 Provision of Training : Agile Programme and Project Management – T092/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Novembru 2015 / Data ta' għeluq: 27 ta' Novembru 2015 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Avvenimenti li juru l-ifjen inbejjed ta' Tasca d'Almerita FARSONS Beverage Imports Company (FBIC) Limited dan l-aħħar organizzat żewġ avvenimenti biex turi l-inbejjed tal-fabbrika Sqallija storika tal-inbid, Tasca d'Almerita – familja ta' intraprendituri li l-inbejjed tagħhom huma bbażati fuq erba' kelmiet ewlenin: is-sostenibbiltà, il-kwalità, it-tradizzjoni u l-innovazzjoni. Sa mill- 1830 iddedikaw ruħhom b'mod passjonali għal Sqallija, gżira rikka fil- ħamrija, fil-klima u fl- għoljiet. Ir-rappreżentant ta' Tasca, Antonio Virando, speċjalist Sqalli tal-inbid, matul iż-żewġ avvenimenti ħa lill-mistednin fuq vjaġġ fir- raba' bid-dwieli ta' Regaleali u Tascante. Fl-ewwel avveniment li sar fil-ħanut tal-inbid Farsonsdirect fl-Imrieħel, dawk preżenti setgħu jduqu għażla ta' nbejjed fini. Is-serata bdiet bl-inbid Almerita Brut wieħed mill-aqwa nbejjed frizzanti ta' Sqallija u warajh kien hemm l-inbejjed Grecanico u Perricone ta' Regaleali. Imbagħad kien imiss l-inbid Ghiaia Nera mir-raba' ta' Tascante – interpretazzjoni ta' Nerello Mascalese mill-għelieqi żgħar tad-dwieli b'element artab li joffru xarba tajba u friska. Is-sessjoni ntemmet bil-Capofaro's Diamante, inbid ħelu mill-għeneb Muscat u Gewürztraminer li qiegħed fl-ogħla post tar-raba' u li jkun tħalla jinxef fid-dell biex l-aċidità u l-karatteristiċi aromatiċi tiegħu jkunu preservati. It-tieni avveniment ittella' fir-restorant Dolce Vita, San Ġiljan, li jħares fuq il- bajja pittoreska ta' Spinola. Għal darb'oħra, Antonio Virando mexxa s-serata u ppreżenta l-inbejjed tad- dwieli tagħhom tal-għelieqi Regaleali u Capofaro. L-inbejjed tas-serata kienu jinkludu l-Leone d'Almerita, l-inbid stilla Nozze d'Oro, ir- Riserva del Conte, ir-Rosso del Conte 2007 u l-Malvasia. Tasca d'Almerita titmexxa mill-Konti Lucio Tasca u t-tfal tiegħu Giuseppe u Alberto. It-Tenuta Regaleali tinsab qalb 500 ettaru ta' għoljiet mill-isbaħ fil- qalba ta' Sqallija – eżempju eċċellenti ta' ħarsien ambjentali u tal-biodiversità vitikulturali. Ir-raba' l-oħra huma: it-Tascante man- niżliet tal-vulkan Etna, bid-dwieli mdawra b'foresti ta' mitt sena tal-qastan; il-Capofaro Malvasia & Resort fil-gżira Salina, parti mill-arċipelagu Aeoljan; u s-Sallier de La Tour fil- provinċja ta' Palermo. Filwaqt li l-istorja tat- Tasca d'Almerita tmur lura għas-seklu 19, kien il-Konti Giuseppe Tasca li beda era ġdida għall- għelieqi tal-inbid u għan- negozju tal-inbid Sqalli lejn tmiem il-ħamsinijiet. Hu ddedika ruħu biex jippromwovi l-inbejjed Sqallin u jintroduċi mudell ġdid ta' negozju bbażat fuq il-kwalità u l-innovazzjoni, aktar milli fuq il-kwantità u l-produzzjoni bil-grossa. Hu nieda ż-żewġ inbejjed popolari tal-kumpanija: ir- Rosso del Conte u n-Nozze d'Oro. FBIC timporta u tqassam f 'Malta l-inbejjed Tasca d'Almerita. Dawn jinsabu f 'numru ta' restoranti, ħwienet tal-inbid magħżula u fil-ħanut tal-inbid Farsonsdirect, l-Imrieħel (www.farsonsdirect.com). FBIC hi membru tal-Grupp Farsons. L-inbejjed Tasca d'Almerita impurtati minn FBIC 'Better Call Saul' se tixxandar fuq GO Stars HD ITTELESERJE 'Better Call Saul', li tirrakkonta l-istorja ta' qabel ma jseħħ it-teleserje popolari 'Breaking Bad', ser tkun qed tixxandar fuq GO Stars nhar it-22 ta' Novembru fid-9.00pm. Din it-teleserje hi biss waħda mil-lista eċitanti li GO Stars ser tkun qed ixxandar matul ix-xahar ta' Novembru. Fost l-aktar films popolari wieħed isib lil 'American Sniper', 'Wild', 'Captain America: The Winter Soldier', 'Jupiter Ascending', 'Guardian of the Galaxy' u 'Kingsman: The Secret Service'. Sitt snin qabel Saul Goodman, karattru interpretat mill-attur Bob Odenkirk, jiltaqa' ma' Walter White, it-teleserje 'Better Call Saul' tiddeskrivi l-vjaġġ ta' raġel li eventwalement isir Saul, avukat mhux magħruf li qed iffittex id-destin tiegħu u t-tbatijiet li jgħaddi minnhom biex ilaħħaq mal-ħajja. Mike Ehrmantraut, karattur favorit mis-serje 'Breaking Bad' interpretat mill-attur Jonathan Banks, jaħdem ma' Jimmy, imma xi drabi anki kontrih stess. Is-serje ser tara l-istorja tal-bidla li Jimmy jgħaddi minnha biex isir avukat kriminal. Fis-serje jieħdu sehem ukoll l-atturi Patrick Fabian, Rhea Seehorn, Michael Mando u Michael McKean. 'Better Call Saul' kien nominat għal seba' Primetime Emmy Awards. GO Stars HD jinsab disponibbli għal €6.99 biss fix-xahar għall-klijenti li diġa' huma abbonati ma' GO TV. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jżur il-ħwienet kollha ta' GO u r-resellers esklussivi, iċempel fuq il-Freephone 8007 2121 jew permezz tas-sit www.go.com. mt. Għal skeda sħiħ tal- programmi fuq GO Stars HD, wieħed jista' jżur is-sit ta' GO. 'Better Call Saul' ser tixxandar fuq GO Stars HD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015