Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 Feature 'Mar għal tliet lezzjonijet tal-kitarra Liam Muscat, il-kitarrist ġenju li laħaq ambaxxatur ta' music hub fir-Renju Unit minn Gabriel Schembri Liam muscat huwa żagħżugħ malti ta' 16-il sena li jgħix fi Blackburn, fir-Renju Unit. Bħal ħafna żgħażagħ daqsu, Liam għandu ħafna passatempi, jlaħħaq mal-ħruġ u l-iskola u jħobb jesperimenta ftit bil-kitarra. iżda malli ra progress kbir fit-talent mużikali tiegħu, iddeċieda li jieħu l-affarijiet bi ftit iktar serjetà. Il-progress impressjonanti li għamel fit-teknika tal- kitarra saħansitra wassluh biex jintgħażel bħala Ambaxxatur għal Music Hub popolari fir-Renju Unit. Liam beda jitgħallem il-kitarra b'kumbinazzjoni meta kien għadu jattendi l-iskola Shadsworth Blakewater College, dik li llum hija magħrufa bħala l-Blackburn Central High School. Dak iż-żmien, huwa kien għadu fid-disa' sena skolastika, li għalina hi l-Form 3. Għal bidu, huwa beda jattendi lezzjonijiet ta' 20 minuta fil-ġimgħa. Iżda l-għalliema tiegħu mill-ewwel indunaw li dan iż-żagħżugħ għandu talent kbir. "Wara t-tielet lezzjoni, Liam ġie d-dar u qalli li l-għalliem tal-kitarra tbellaħ bit-talent li kellu u li ħeġġu biex ikompli jitħarreġ iktar fil-kitarra," qalet ommu, Amanda. Għall-bidu, ommu m'għamlitlux wisq kuraġġ biex isegwi din il-ħolma. "Għax ngħiduha kif inhi, ma tantx timmaġina li wieħed jista' jsib karriera jew irabbi familja billi jdoqq il-kitarra!'' spjegatilna Amanda. Iżda mill-ġdid reġgħu ċemplulha mill-iskola biex jikkonvinċuha tieħu lil binha għal lezzjonijiet privati. Ħasbitha ftit u ddeċidiet li tibgħat lil binha jirfina l-kapaċità tiegħu fuq is-sitt kordi. Wara biss tliet snin minn meta beda jistudja l-kitarra, Liam wasal fl-aħħar stadji tat-tmien u l-ogħla grad fit- teknika tal-kitarra. Dan wara li kien diġa' kaxkar bosta ċertifikati b'distinction. Ta' min jinnota li normalment, biex wieħed iġib dawn iċ-ċertifikati, hemm bżonn minn tal-inqas sena għal kull grad. Dak ifisser, li normalment biex tikseb dawn iċ-ċertifikati trid minn tal-inqas tmien snin. Madanakollu, Liam, irnexxilu jwassal sat-tmien gradi f 'perjodu rekord ta' tliet snin. Eventwalment, id-Direttur tal-Music Hub li kien jattendi hu, stiednu biex ikun l-Ambaxxatur ta' din l-iskola prestiġjuża. Liam, anke b'sinjal ta' apprezzament, aċċetta. Liam Muscat waqt it-taħriġ tiegħu fuq kitarra elettrika Republic Street, Valletta next to the Courts

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015