Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 39

Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 27 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ħabib mill-passat jaf jaħsdek meta jagħmel kuntatt miegħek. Analizza sew il-messaġġ li se jwassallek għax dan jaf ikun mument ta' ri- flessjoni kbira, u int persuna indipendenti ħafna u tħobb tingħalaq fik innifsek. Però, xi kultant, ikun tajjeb li toħroġ mill-qoxra tiegħek u tagħti ftit spazju. Minkejja dan, ovvjament trid iżżomm linja. Ġejjin jiem ta' ħsieb u direzzjoni. Aħseb sew. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 26 u 30. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ħsieb għal xi forma ta' get together jinsab fil- viċin, u din se tagħtik ftit tan-nifs biex terġa' tiltaqa' ma' xi ħbieb li ilek ma jkollok kuntatt magħhom. Minn din il-laqgħa, jista' joħroġ ħafna ġid għall-quddiem, kemm fil-ħajja personali kif ukoll fil-karriera. Mhux se tkun okkażjoni li tgħaddi u tintesa, imma pjuttost bil-kontra u se tħalli marka oħra fil-ħajja tiegħek. Ħejji lilek innifsek sew għat-tibdil li ġej. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 20 u 38. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Persuna qiegħda twasslek biex temmen li bħalissa għandek bżonn ta' iktar talent, es- perjenza u li tkun iktar flessibbli ma' dak li int għaddej minnu. Għalkemm mintix tħossok kom- du b'dawn il-kummenti, ġewwa fik taf li dawn huma pariri siewja u jistgħu jisfruttawk biex tkun aħjar. Għandek tnaqqas ftit mill-pressjoni ta' madwarek u ssib ħin biex tirrilassa ħalli hekk, żgur taħseb aħjar. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 23 u 39. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Persuna madwarek daħlet f'esperjenza xi ftit negattiva, u din qed tħabbtek u mintix tħossok komdu. Taqtax qalbek u agħraf lilek innifsek u kompli ħares 'il quddiem. Xi kultant, dawn l-isfidi jiġu biex aħna nagħrfu aktar il-karattru tagħna, biex nissudaw. Agħraf sew li tħares lejn din l-esperjenza mil-lenti pożittiva biex tgħelibha fl-inqas ħin u tkompli miexja 'il qud- diem. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 22 u 35. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Żmien ta' riflessjoni, żmien ta' ħsieb, żmien ta' sfida meta l-mewġ qiegħed ikun bil-wisq kontra tiegħek, trid tissaħħaħ aktar, inkella l-mewġ jieħdok. Int m'intix persuna li taqta' qalbek anke meta l-affarijiet jidhru iebsin, u m'għandek lil ħadd li jista' mqar jagħtik direzzjoni. U hawn hi l-qawwa ta' Gemini. Idħol fik innifsek u ibni lilek aktar, biex dan jagħmlek iktar Int. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 29 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Sitwazzjoni li int ilek iżżom ġo fik tista' tiżbroffa f'dawn il-ġranet. Persuna tal-passat se tagħraf fiha kemm ħalliet u vojt, u d-direzzjoni tagħha kienet tagħmlek waħda pożittiva. Għalkemm imfixkla kif se ssib mezz kif tikkomunika magħha, dan wara li ssir tagħraf kemm il-gwida tagħha hi ta' tama għalik. Ħbiberija mill-ġdid magħha se tagħtik tama għal bosta bibien magħluqin li int għandek. Irrifletti sew! Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 9, 14, 29 u 33. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Fittex ftit li ssib aktar spazju għar-relazzjoni tiegħek biex ittejjeb dak li qed jidher li jista' jkun telf, meta dan żgur mhux fl-intenzjoni tiegħek. Aħseb għal xi ħaġa li terġa' tqajjem in- nar bejnietkom, jekk min-naħa l-oħra, inti single, dan huwa żmien fejn int trid tfittex aktar ħin ta' rilassament għalik ħalli tkun imħejji għal pressjoni ta' responsabbiltà li ġejja madwarek. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 22 u 39. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Pjan li ilek xhur taħdem fuqu, wasal iż-żmien li tagħtih id-dawl, però trid tibda bil-mod ħalli ma taħsadx, u b'hekk jibda dieħel u jit- wettaq kiff tixtieq int. Dan issa jagħtik ftit tan-nifs biex anke tħares lejn ir-relazzjoni tiegħek, għax trid tagħti aktar ħin u spazju għall-partner tiegħek. Jekk inti single, allura huwa ż-żmien biex issib iktar ħin għalik, fejn tmur tagħmel xi delizzji tiegħek fejn tista' tirrilassa. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 16, 27 u 36. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Żmien li int trid tagħraf minn issa f'tip ta' ħajja li int verament trid. Jekk tridx imħabba jew li tkun indipendenti, u tkun tiegħek innifsek. Dan huwa żmien fejn int trid tinġabar fik innifsek ħalli taħseb bil-mod lejn il-futur tiegħek mil-lat ta' mħabba. Dwar in- negozju jew karriera, din ħa titkattar aktar ma jgħaddi ż-żmien, biss trid toqgħod attent ma' min tafda, u x'tafda. Agħraf sew. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 25 u 39. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Aħseb u irrifletti mill-esperjenzi li kellek fil-passat. Minn dawn għandek tagħraf timxi iżjed f'dak li ġej issa u 'l quddiem. Tajjeb ukoll li tagħmel waqfa żgħira bħal vaganza żgħira biex tbiddel ftit il-ħajja, ħalli int tħossok aktar int u aktar rilas- sat. Aħbar li għandek tirċievi u int qiegħed tistenna ħa tkom- pli ssaħħaħ dak li diġà hemm. Għalhekk, irrifletti ftit iżjed ħalli tkompli miexi. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 17, 28 u 30. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Sitwazzjoni imħabbla tal-imħabba madwarek qiegħda tfixklek. Sitwazzjoni fejn isem trid tibda ħajja ġdida, imma għadek imwaħħal mal- passat, u mhux faċli tagħmel il-pass li jmiss. Però, int ma tistax tibqa' dak li int, Trid tagħżel triq u tieħu deċiżjoni u direz- zjoni biex ikollok iktar dawl għal Jannar. Imma bħalissa għandek ċans tiżen u tirrifletti aktar. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 17, 28 u 34. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Fażi ta' taqlib bejn imħabba u sitwazzjoni ta' xogħol. Dwar l-imħabba trid tagħraf issib ħin għal diskussjoni mal-partner tiegħek ħalli tkunu tistgħu tifthiemu kif tistgħu tfasslu aktar il-ħin imma dwar ix-xogħol tiegħek jidher li ġej xi tibdil u dan trid tkun lest għalih. Dan jista' jkun ta' iktar responsabbiltà u dan jagħtik il- mertu kemm int qiegħed tkun tajba fil-ħidma tiegħek. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 17, 26 u 32. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... 20% skont għall-qarrejja meta jippreżentaw dan ir-riklam Id-Dar ta' Albert u Sabrina Wara li Albert għadda mill- esperjenza xejn sabiħa fejn ħass bħal xi ħaġa timbuttah it-taraġ, iddeċieda li jara eżatt din id-dar x'ġara fiha, wara li mill-ewwel riċerka kien irriżulta li d-dar kellha aktar minn 150 sena u ried jara x'wassal għall-ħruq tagħha. Ovvjament ried isib tarf ta' xi familja li tiftakar din id-dar, li ma kinetx ħaġa faċli, għax fejn kien imur, kien isaqsi lil kulħadd. Lil kull min kien jistaqsi, kien bħal jitfixkel u jaħrab mit-tweġiba li jingħata. Għalhekk, Albert wara li ra li qed ifalli, beda jħalli n-numru tal-mobile tiegħu ħalli min ikun jixtieq jgħaddilu informazzjoni b'mod kunfidenzjali, iċempillu b'mod privat. Għaddew bosta ġranet, sakemm darba filgħaxija sema l-mobile idoqq. Wieġeb u sema' l-vuċi ta' mara fejn qaltlu biex imur għandha jekk irid ikun jaf iktar informazzjoni. Ftiehmu, u hekk għamel. Wasal għand din il-mara, daħlitu għandha u bdiet tagħtih xi dettalji dwar dak li ġara f 'dik id-dar. Fil-qosor, hemmhekk kienu jgħixu familja ta' erbgħa, żewġ ġenituri u żewġ ulied. Il-mara kienet mara sabiħa ferm, twila u bjonda u verament eleganti, però r-raġel tagħha kien jgħir ħafna għaliha. Ħafna kienu jgħidu li kien jaħqarha ħafna u jsawwatha. Ġara darba minnhom waqt argument jaħraq bejniethom, ir-raġel laqat lampa u nfitex in-nar. Ir-raġel, kif ra hekk, tela' għat-tfal imma sakemm niżlu, id-dar saret ħuġġieġa waħda u mietu fiha. U hekk, dik id-dar baqgħet mistura u bla nies fiha għaliex min daħal fiha, qatt m'għamel iktar minn sena fiha minħabba l-affarijiet strambi li kienu jiġru. Albert, kif sema' b'din il-ġrajja, iktar bħal tfixkel u waqt li rringrazzja lil din il-mara, irrakkonta b'dak kollu li sar jaf lil martu malli wasal id-dar. Ftiehmu li jsibu persuna li tista' tigwidahom isiru jafu x'inhu l-aħjar li jagħmlu, u hawn dħalt jiena fl-istorja. Tkompli l-ġimgħa d-dieħla... Min jixtieq jaqsam xi esperjenza, fejn l-identità tinżamm sigrieta, għandkom tikkuntattjaw lil PaulJon fuq 99013600 / 79495804 jew pauljon. aquilina13@gmail.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015