Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 39

Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 17 l-Maltin," fisser Grech, li min- naħa l-ohra qal kif, "Huwa fatt, li f 'ċerti pożizzjonijiet m'għandiex Maltin li huma mħarrġa biżżejjed, u hemmhekk huwa naturali li jinġiebu l-barranin. Minkejja dan, bħala Film Commisssion qed nagħmluha ċara li għandu jkun hemm 'trainees' u 'interns' li jiġu mħarrġa mill- barranin, f 'dawn il-pożizzjonijiet. Fil-fatt, huma parti mil-linji gwida tagħna li dawk kollha li qed jieħdu xi inċentivi, iridu bilfors idaħħlu numru ta' 'interns' f 'pożizzjonijiet partikolari sabiex l-industrija tagħna tkompli tiżviluppa." Grech kompla jsostni li b'dan il-mod, il- films barranin iservu ta' 'training grounds' għall-films indiġeni." Taħriġ biex ikun hemm ħaddiema ta' livell Kif tenna iktar qabel, Grech jemmen li kif irid ikun hemm investiment fl-infrastruttura, irid ikun hemm investiment ikbar fir-riżorsa umana. "Il-Film Commission f 'dawn l-aħħar sentejn għamlet korsijiet fuq kull livell tal- industrija," fiehem Grech. "B'hekk, il-Kummissjoni diġà investiet mal-€1 miljun f 'taħriġ fil-livelli kollha tal-oqsma relatati mal-films u ħarrġet iktar minn 300 ruħ." Dan ivarja minn korsijiet ta' taħriġ għad-disinn ta' kostumi, xagħar u rtokk, u jkompli għal persuni fl-MCAST f 'oqsma varji bħad-disinn u jibqa' sejjer sal-kors tal-Master's li ġie mniedi din is-sena fl-Università ta' Malta fl-istudji tal- Film. F'dan il-kors, jispjega Grech, l-għan u l-aspettazzjoni huma li jkun hemm persuni li jitħarrġu sew sabiex ikollhom l-għodda kollha neċessarji u jkunu jistghu jaħdmu u jipproduċu films, u films ta' livell. B'hekk il-Kummissjoni tkun qed tara li meta film ikun qed jinħadem lokalment, minbarra li tiġi pprovduta l-lokazzjoni u l-infrastruttura addattata, ikun jista' jiġi offrut tim ta' nies imħarrġa sew fil-qasam. Dan biex, kemm jista' jkun, il-ħaddiema jkunu lokali. Minbarra dan, Grech saħaq li dan isir sabiex minbarra li jitjieb is- servizz u l-kwalità offruta fuq films barranin, il-produzzjonijiet lokali li jinħadmu, wkoll ikunu ta' kwalità għolja li jista' jħabbatha ma' films oħrajn barranin fit-tant festivals internazzjonali li jiġu mtella'. Qed ninvestu fin-nies u fis-swieq Il-Malta Film Commission, kif jispjega Engelbert Grech, qed taħdem biex l-investiment ikompli jikber u l-prodott ċinematografiku Malti jkompli jitjieb biex bil- films tagħhom, jaċċessaw is-swieq internazzjonali. Minbarra li jrid ikun hemm investiment, il- Kummissarju għall-films tkellem dwar kif primarjament trid tinvesti fin-nies u mhux titfa' l-flus biss fiha, u qal kif jemmen, "li l-istrateġija li ntużat fil-passaat, li titfa' l-flus, possibilment ma ħadmitx." Grech stqarr kif, "għandna nistennew produzzjonijiet lokali u internazzjonali ta' kwalità fiż-żmien li ġej." Fost dawn il-produzzjonijiet, Grech żvela kif se jkun qed joħroġ għall-wiri l-film maħdum lokalment, 'Limestone Cowboy', bl- għajnuna tal-Malta Film Fund. "Għalhekk, għandna nagħtu s-sostenn tagħna lit-talent lokali, meta tant qed jagħmel progress u jtejjeb il-kwalità tiegħu." Engelbert Grech, waqt li huwa pożittiv għall- futur, jitkellem dwar is-sfidi kbar li jiġu ppreżentati meta l-pajjiż ikollu sena ta' suċċessi bħalma kienet din is-sena u qal kif, "din is-sena kienet tajba mmens u ma jistax li kull sena tkun fuq dan il-livell daqshekk tajjeb, imma ninsab ottimist li mill-interess li qed ikollna, se tkun sena tajba," fejn żvela kif "il-Film Commission tinsab f 'diskussjonijiet ma' żewġ studios kbar għas-sena li ġejja." minn saħħa għal aktar saħħa Intervista Ritratt: Ray Attard Il-Kummissarju tal-films, Engelbert Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015