Illum previous editions

ILLUM 15 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/601596

Contents of this Issue

Navigation

Page 38 of 39

Il-Ħadd 15 ta' Novembru 2015 | illum 39 ħeġġa u serjetà fir-Rugby Sports biex dan l-isport jikber u jagħti aktar riżultati. Sodisfatt bil-livell taż-żgħażagħ Maltin li telgħin fir-Rugby lokali? Dan hu fejn tinsab it-tama tal-futur tar-rugby. Għandna bżonn inrawmu aktar żgħażagħ f 'dan l-isport biex b'hekk ikollna logħob ta' kwalità għolja. F'dawn l-aħħar snin, is-Sur Joe Borda u t-tim tiegħu investew ħafna ħin u flus fl-iskola tar-rugby li ssir kull nhar ta' Ħadd fil-Marsa. L-introduzzjoni ta' sponsors bħal GasanMamo Insurance u l-ewwel tim ta' Malta ta' taħti it-18-il sena li lagħbu barra minn Malta ftit ġimgħat ilu hu sinjal pożittiv għaż- żgħażagħ Maltin li jixtiequ jilagħbu l-logħba tar-rugby. Tħoss li hawn bizzejjed interess u appoġġ lejn it-tim nazzjonali Malti tar-Rugby mill-pubbliku sportiv Malti? Iva, meta t-tim nazzjonali Malti tar-rugby jilgħab fil-grawnd tal- Hibernians (grawnd li l-MRFU irid iħallas għalih) il-pubbliku jagħmel differenza kbira u vera jappoġġja lit-tim. Tgħidx kemm ikun hemm storbju u juru kif l-appoġġ verament jaħdem u jeżisti fil- minoranza. L-atmosfera fil-grawnd tal-Hibernians waqt il-logħob tar-rugby ma jistax jitqabbel ma' avvenimenti sportivi oħra li jsiru f 'Malta. L-avvenimenti jsiru bi ftit promozzjoni u b'hekk tkun aktar diffiċli biex il-pubbliku jkun jaf dwar il-logħob u r-Rugby Union u r-riżultati li niksbu. Meta nilagħbu għandna responsabbiltà peress li aħna dawk il-persuni li ġejna magħżula biex nirrapreżentaw lil Malta u nagħtu kull ma nistgħu fil-grawnd biex niksbu r-riżultati li niksbu. Wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa r-rugby lokali f 'dawn l-aħħar snin. Plejer indispensabbli għat-tim nazzjonali Malti tar-rugby. Barra f 'Malta, lagħab ukoll ir-rugby fir-Renju Unit. Vince Stivala "Se jkun diffiċli ħafna għalina li nitilgħu 'l fuq fir- rankings minħabba n-nuqqas ta' fondi mill-Gvern u n-nuqqas ta' plejers fl-iskwadra nazzjonali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 Novembru 2015